Login  |  
     
     
 

01 October 2007
Ic-cittadini kor wiehed favur il-bidla (1)
Ic-cittadini kor wiehed favur il-bidla
 
Hekk kif il-gurnata tibda tonqos, kif it-temp jibda jiksah, kif it-tfal jergghu lura fuq il-bank ta’ l-iskola u kif il-haddiema tac-civil jergghu lura ghall-hinijiet tax-xitwa, l-akbar avveniment li il-maggoranza taghna jibdew jistennew b’ansjetà kbira huwa minghajr ebda dubju l-festa tal-Milied.
Izda forsi ghal din is-sena hemm avveniment iehor li huwa mistenni ferm aktar mill-festa msemmija – l-Elezzjoni Generali. Titkellem ma’ min titkellem, specjalment ghalina l-kandidati, l-opinjoni tac-cittadini hija kor wiehed – “igri tithabbar d-data ta’ l-elezzjoni generali”. Meta titkellem ma’ l-irgiel, li hafna huma l-kapijiiet tal-familja li b’xoghlhom iridu jaqilghu l-hobza ta’ kuljum ghall-membri tal-familja taghhom, it-theddida tal-mannara tas-sensja qed tahkimhom bil-kbir, specjalment dawk li qabzu il-45 sena.
It-thassib ta’ dawn l-individwi huwa illi kemm minhabba l-età taghhom, u aktar minnhekk peress li qed jithadmu zghazagh b’kundizzjoni ta’ livell ferm baxx li izda huma ahjar, business wise, ghal min ihaddem, li qed jippreferu dawn iz-zghazagh minflok nies b’esperjenza vasta fid-dinja tax-xoghol. Fl-istess waqt, dan il-fatt qed ikompli jnaqqar l-opportunitajiet ta’ impjieg ghal dawn l-jndividwi.
Min-naha tan-nisa tad-dar dawn dejjem qed jiffaccjaw problemi kbar fejn jidhlu l-ghejxien tal-familja taghhom. Jekk min-naha l-paga ftit li xejn tizdied, fuq in-naha l-ohra il-prezzijiet ta’ l-oggetti ta’ kuljum qeghdin dejjem joghlew, il-kontijiet dejjem jizdiedu, l-ispejjez dejjem telghin ’l fuq, specjalment issa li ghadha kemm bdiet l-iskola u it-tfal qed jitalbu jixtru l-kotba. Il-prezzijiet tal-medicina qeghdin dejjem joghlew, waqt li issa mistenni jerga’ joghla l-hobz, zewg prodotti mill-aktar essenzjali ghal kull wiehed u wahda minnha.
Dan kollu jixhed il-fatt illi l-poplu Malti tilef il-fiducja fih innifsu, izda aktar minnhekk tilef il-fiducja fl-amministrazzjoni tal-pajjiz. Xhieda ta’ dan huwa l-fatt illi tul l-ahhar tliet snin il-Partit Nazjzonalista tilef erba’ elezzjonijiet, izda ukoll il-fatt li l-poplu huwa herqan li tissejjah l-elezzjoni generali. Ir-rieda tal-poplu hija cara – irid il-BIDLA, u din il-bidla kapaçi jaghtihilu l-Partit Laburista, li bit-tmexxija serja u ghaqlija ta’ Dr. Alfred Sant, zgur li se jaghti BIDU GDID lil pajjizna, u b’hekk il-poplu Malti u Ghawdxi jakkwista is-serhan il-mohh li ghandu bzonn, id-dinjità u l-harsien socjali li tul is-snin that it-tmexxija nazzjonalista sparixxew mill-hajja taghna.

< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com