Login  |  
     
     
 

02 January 2007
Iz-zmien jaghtina parir! (2)
Iz-zmien jaghtina parir!
 
Meta wiehed iqalleb ftit il-pagni tal-gazzetta nazzjonalista malajr jinduna kemm il-messagg taghha huwa wiehed car – tipprova tipprezenta lil PN bhala dak il-partit li kapaci jsalva lil pajjizna f’kull sitwazzjoni. Skond huma hekk sehh fil-passat, hekk qed jigri fil-prezent u certament li hekk se jsehh fil-futur. Meta l-istess partit ha t-tmexxiija tal-pajjiz fl-1987, ftit kienu dawk li hasbu li pajjizna kien se jispicca fejn spicca llum. L-opinjoni f’dik l-epoka kienet illi l-PN kien partit b’ideat godda, friski u progressivi b’kap li deher herqan li jwettaq tibdil radikali fis-socjeta Maltija.
Il-Malti jghidlek “Iz-zmien jaghtina parir” u proprju hekk sehh fix-xena politika Maltija. L-ghajta ghall-bidla li beda jghajjat l-PN fl-1987 ittapnet minn falliment wiehed wara l-iehor li gabu l-kollass ta’ l-aspettativi tal-poplu Malti. Dawn il-falliment ma gewx ivvintati minni jew mill-partit laburista, izda minn gurnali li jissimpatizzaw mal-PN u minn esponenti Nazzjonalisti li ma ddejqu xejn jikkritikaw lil partit taghhom fil-pubbliku.
Il-Gvern Nazzjonalista falla meta ma tax widen ghal dak li jrid il-poplu, bhal ma jixdhu d-diversi protesti li kien hemm minn organizzazzjonijiet lokali, b’mod partikulari fejn ghandu x’jaqsam l-ambjent; falla meta qed jipprovdi servizz tas-sahha mhux ta’ kwalita, bhalma kien ippubblikat fil-gurnal The Times ta’ l-1 ta’ Awissu li stqarr illi n-nuqqas ta’ nfermiera qed johloq nuqqasijiet serji fis-servizzi li joffri l-isptar San Luqa; falla meta ma hax azzjoni kontra min abbuza minn flus il-poplu, bhal fil-kaz ta’ Richard Muscat u t-tmexxija tieghu ta’ l-istazzjon tar-Radju Voice of the Mediterranean.
Falla meta minkejja l-hafna ftahir, pajjizna kellu l-ghola rata ta’ qghad mill-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropeja, bhal ma jixhed rapport li kien ippubblikat f’The Times ta’ nhar l-4 ta’ Lulju, 2006. L-istess gurnal, nhar il-11 ta’ Gunju ta’ l-istess sena, ppubblika stharrig fejn fih wera bic-car illi l-poplu ma kienx kuntent bit-tmexxija tal-Gvern tal-PN. Fil-fatt kienu biss 8.7% li kienu sodisfatti, waqt li 80.3% wiegbu li ma kienux kuntenti. L-istess Gvern falla fl-operat tieghu meta ma ndirizzax mill-ewwel il-problema ta’ l-gholi fil-prezz taz-zejt biex il-piz ta’ dan l-izball kien u ghadu qed jingarr mill-poplu Malti u Ghawdxi li qed jhallas is-surcharge.
Certament li hemm hafna aktar fuq xiex tikteb dwar il-falliment tal-Gvern Nazzjonalista izda l-ispazju huwa limitat. Iz-zmien tal-paroli u x-xinxillli ghadda, pajjizna biex verament jimxi l-quddiem ghandu bzonn Gvern li l-ghan tieghu m’huwiex dak li jwieghed il-manna mis-sema basta jakkwista l-voti. Pajjizna ghandu bzonn Gvern li l-proposti li jinkitbu iswed fuq l-abjad jitwettqu fir-realtà, Gvern li jkun accountable tieghu nnifsu, Gvern li bhala priorita tal-mandat tieghu jpoggi s-serjeta u l-verita, halli b’hekk il-hajja tac-cittadini tmur ghall-ahjar. U huwa proprja dan li qed jwieghed il-Partit Laburista – Gvern Serju u responsabbli li jmexxi lil pajjizna ghal bidla li tant mehtiega, ghal bidu gdid!
 
 

< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com