Login  |  
     
     
 

02 February 2007
Ghall-Partit Laburista Malta Tigi l-Ewwel u Qabel Kollox! (4)
Ghall-Partit Laburista Malta Tigi l-Ewwel u Qabel Kollox
 
Ta’ sikwit tiltaqa’ ma’ individwi li jistqarru li huma tilfu l-fiducja f’dawk kollha li huma involuta fil-politika. Meta tipprova tixtarr ir-ragunijiet ghalfejn dawn tilfu l-fiducja taghhom f’persuni li fl-ahhar mill-ahhar qed jirraprezentawhom fl-oghla istituzzjoni tal-pajjiz, tinduna kemm il-kliem fieragh u weghdiet bla ebda limitu wasslu ghal dan.
Mal-hatra tieghu bhala Kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr. Lawrence Gonzi kien wieghed li bih bhala Prim Ministru, dawk kollha involuti fil-politika ghandhom jaghtu rigal lil pajjizna – joffru mezz gdid ta’ kif ghandha ssir il-politika. Weghda bhal din, minkejja li mijiex wahda materjali, tat l-impressjoni li pajjizna kien se jesperjenza tibdil konkret fl-andament politiku tieghu.
Bhas-soltu, fejn jidhol il-Partit Nazzjonalista, bejn il-kliem u l-fatti hemm bahar jikkumbatti. Jekk nhallu barra l-hafna weghdi li l-Partit Nazzjonalista wieghed ftit gimghat qabel l-elezzjoni, huwa fatt konkret illil pajjizna qatt ma esperjenza mezz gdid ta’ politika, ghajr dawk it-22 xahar ta’ Gvern Laburista.
Certament li mezz gdid ta’ politika m’huwiex billi wiehed jghajjar lill-avversarju politiku tieghu bœala mummji, jew balena, jew aktar minnhekk, nergghu naqilghu l-memorji tal-passat biex niehdu vantagg minn dak li sehh. Il-passat huwa passat, dak li sehh 20, 30 sena ilu, ghalkemm jifforma parti mill-istorja ta’ pajjizna, zgur mhux se jkun is-soluzzjoni biex ic-cittadini jghixu ahjar. Referenzi bhal dawn huma intizi biex jitfghu l-bzar fl-ghajnejn, specjalment meta l-poplu Malti qed jiffaccja problemi socjali mill-aktar gravi.
Ftit tax-xhur ilu Dr. Gonzi kien tkaza ghax Dr. Alfred Sant kien stqarr illi kull Gvern Malti ghandu jiehu d-decizjonijiet tieghu dejjem skond l-interess nazzjonali, fejn kien ghamel referenza ghal problemi ta’ l-immigranti irregolari. Kienu diversi d-decizjonijiet mehuda minn Gvern Nazzjonalista li ma rriflettewx l-interess nazzjonali, fosthom il-bejgh ta’ diversi entitajiet pubblici ghall-prezz verament baxx, kwistjonijiet ambjentali u diversi ohrajn.
Dan l-ahhar, anki f’diversi intervisti li kellu Dr. Gonzi, huwa sahaq illi se jsejjah l-elezzjoni generali fl-ahjar mument ghal pajjizna, il-mument li skond huwa se jkun fl-interess nazzjonali. Fil-verita, u dan intqal minn hafna, Dr. Gonzi se jsejjah l-elezzjoni generali meta jkun fl-ahjar interess tieghu u ta’ shabu f’Tal-Pieta li jirbhu l-elezzjoni. Din hija l-verita, ghax jekk verament Dr. Gonzi se jzomm quddiem ghajnejh l-interess nazzjonali, l-elezzjoni generali ghandu jsejjahha minnufih ghax il-poplu qed iwassal messagg car – irid il-bidla, bidla li se jaghtihilu Gvern Laburista immexxi minn Dr. Alfred Sant, ghax ghall-partit Laburista, Malta tigi l-ewwel u qabel kollox!

< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com