Login  |  
     
     
 

03 April 2007
Ma nitfghux aktar pressjoni fuq uliedna (3)
Ma nitfghux aktar pressjoni fuq uliedna
 
Ta’ kuljum, meta tiftah il-gurnali jew inkella tisma’ bulettin ta’ l-ahbarijiet fuq xi stazzjon televiziv jew tar-radju, l-ahbarijiet principali jirrigwardjaw dak li l-Gvern qed “jippjana” li jwettaq ghal gid tac-cittadini Maltin u Ghawdxin. Tul dawn l-ahhar jiem, wara d-diskors tal-budget, hlief figuri u numru ta’ kemm se ninvestu ‘l hemm, kemm se ndahhlu taxxa minn hawn, etc ma smajniex.
M’hemmx dubju li l-budget huwa ezercizzju politiku importanti u mill-aktar mistenni mill-maggoranza tal-poplu. Ovvjament kulhadd ihares lejn dak li se jolqot lilu, u zgur li n-nies tat-triq ftit se jaghtu kaz lejn kemm qed isir investiment fit-turizmu jew fl-edukazzjoni specjalment jekk dawn iz-zewg oqsma ma jiffurmawx parti mill-agenda ta’ kuljum ta’ hajjithom.
Mhix l-intenzjoni tieghi li nidhol fil-mertu tat-tajjeb u l-hazin li kien hemm f’dan il-budget, izda xtaqt niddiskuti temi li ghalkemm saret referenza ghalihom fid-diskors tal-Prim Ministru, certi problemi baqghu minghajr twegiba.
Minghajr ebda dubju settur importanti fis-soçjetajiet civili hija l-edukazzjoni. Huwa tajjeb li l-investiment f’dan is-settur ikompli jikber izda dan ma jfissirx li l-problemi li forsi m’humiex daqshekk evidenti se jigu meghluba. .Hafna genituri jaqblu mieghi illi l-istudenti, anki dawk ta’ eta zghira, qed jiffaccjaw pressjoni zejda, li f’diversi kazi hija frott l-attenzjoni tal-genituri taghhom. Hadd ma jixtieq jara lil uliedu aghar minn ta’ haddiehor, izda dan ir-ragument qed iwassal biex hafna studenti jqattghu hin twil wara li jispiccaw l-iskola jaghmlu x-xoghol tad-dar, jistudjaw kif ukoll imorru l-privatijiet.
Meta tifel jew tifla iqattghu l-hin tal-gurnata dejjem b’mohhhom fuq xi ktieb, forsi minghajr ma nindunaw qed noholqulhom apatija kontra l-istudju u l-iskola. Ghalihom l-iskola ssir qisha habs, u waqt li l-genituri jkunu minghalihom li qed jaghmlu l-gid, fil-verita jaghmlu d-deni. Meta student ma jkollux mohhu fuq dak li qed jaghmel ghax jiddejjaq, certament li mohhu ma jikkoncentrax u b’hekk dak li suppost jifhem f’siegha jifmhu f’aktar hin. M’ghandniex xi nghidu illi minhabba f’hekk il-performance akkademika taghhom tmur lura u hekk kif il-genituri jaraw li uliedhom marru lura minflok il-quddiem, jitfghu aktar pressjoni fuqhom minflok janalizzaw ghalfejn uliedhom marru lura.
Fl-istess waqt, dan l-atteggjament huwa xhieda cara ghalfejn sena wara sena qed ikollna zieda ta’ studenti li jispiccaw l-iskola minghajr kwalifici akkademici kif ukoll zieda f’dawk iz-zghazagh li jabbuzaw mid-droga. Tifel jew zghazugh li minhabba l-pressjoni tal-genituri tieghu ma jkollux hin biex jipprattika xi passatemp jew jqatta’ ftit tal-hin ma’ xi hbieb, huwa wiehed fraggli psikologikament u malajr jispicca vittma ta’ individwi bla skrupli.
Certament li minbarra l-investiment f’facilitajiet godda, il-Gvern ghandu jzomm quddiem ghajnejh din il-pressjoni li sena wara sena tkompli zzid fil-qawwa taghha, halli b’hekk ma nkomplux naraw tfal jew zghazagh li jkunu fit-triq it-tajba izda minhabba r-ras iebsa tal-genituri jispiccaw ritratt fuq irhama qalb eluf ohra bhalhom. L-istudju huwa mehtieg izda ghandu jkun ikkontrollat halli l-istudent, hekk kif jisbah il-jum, ma jqumx bil-geddum u jghid xi dwejjaq li rega’ wasal jum iehor ta’ skola.
Uliedna huma l-futur ta’ dan il-pajjiz u jekk huma se jikbru b’mentalita illi jobodu l-iskola, dan l-atteggjament se jaffettwa bil-kbir l-izvilupp ta’ pajjizna ghall-generazzjonijiet futuri ta’ pajjizna.
Dr Etienne Grech
Fgura
www.etiennegrech.com
 

< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com