Login  |  
     
     
 

04 April 2007
Permezz tal-partit Laburista, neghlbu l-korruzzjoni f’pajjizna (5)
Permezz tal-partit Laburista, neghlbu l-korruzzjoni f’pajjizna
 
 
Meta fl-ahhar kampanja elettorali tas-sena 2003 il-Partit Laburista kien nieda billboard li fuqu kien hemm Dr. Eddie Fenech Adami merfugh minn Joseph Fenech, maghruf bhala Zeppi l-hafi, bil-kliem “Ma min rajtek xebbahtek”, il-Partit Nazzjonalista kien hareg jikkundanna il-messagg ta’ dan il-billboard ghax skond huma dan il-messagg kien qed ihammeg l-integrita ta’ Dr. Fenech Adami u l-Gvern immexxi minnu. 
Fid-dinja hawn min jilghab il-loghba li jwaddab il-gebla u jahbi idu, izda fl-ahhar mill-ahhar iz-zejt dejjem jitla’ f’wicc l-ilma. Tul dawn l-ahhar snin, dejjem taht it-tmexxija Nazzjonalista, tfaccaw diversi kazi ta’ korruzzjoni mwettqa minn nies li suppost igawdu l-fiducja tal-poplu Malti u Ghawdxi u li ghandhom karigi mill-aktar importanti fis-socjeta Maltija.
Ghalkemm il-Partit Laburista ta’ sikwit elenka dawn il-kazi, personalment nemmen illi il-provi cari taghhom huma meta dawn il-kazijiet jkunu mistqarra minn individwi Nazzjonalisti jew gurnali li jissimpatizzaw mal-PN.
Kaz ricenti li faqaa’ dan l-ahhar kien jirrigwardja l-isptar Mater Dei. Dr. Frank Portelli, eks attivist Nazzjonalista, stqarr illi l-progett ta’ dan l-isptar qed igorr mieghu numru ta’ skandli li l-Gvern ghamel minn kollox biex ma jinkixfux. Dr. Portelli stqarr hekk mal-gurnal MaltaToday ta’ nhar is-27 ta’ Mejju ta’ din is-sena, “More facts are now coming to light on my statement that there was corruption in the Mater Dei project”.
Kaz iehor ta’ korruzzjoni li sehh tul l-ahhar xhur kien jirrigwardja l-Awtorita dwar it-Trasport Pubbliku. Minkejja l-manipulazzjoni min-naha tal-Gvern immexxi minn Dr. Lawrence Gonzi, hareg car illi f’din l-awtorità kien hemm il-korruzzjoni. Nhar it-28 ta’ Gunju, 2007, il-gurnal The Times irraporta hekk “..The two Malta Transport Authority (ADT) officials who were convicted of corruption last November have been sacked by the authority, following a board meeting last Tuesday, the same day outgoing CEO Gianfranco Selvaggi revealed that he had been “told” by the Transport Ministry not to sack the two officials. … When finally contacted, the minister admitted having told Mr Selvaggi to actually reverse a decision he had taken last February to sack the officials …”. Tajjeb li wiehed ifakkar illi lf’dan il-kaz il-Misitru Jesmond Mugliett kien offra r-rizenja tieghu, li izda ma gietx milqugha mill-Prim Ministru.
Dwar l-istess kaz esprimiet l-opinjoni taghha l-gurnal Illum, meta fl-editorjal ta’ nhar it-8 ta’ Lulju ta’ din is-sena, inkiteb dan li gej, “Il-Gvern se jibqa’ jgorr id-dell tal-korruzzjoni fuqu ghall-fatt li Ministru baqa’ cass quddiem zewg persuni li l-Qorti ddikjarat li huma korrotti. Bid-decizjoni tieghu Gonzi hareg dghajjef hafna u ghal darb’ohra wera li ma jasalx biex jikkonfronta l-ministri tieghu. Huma f’cirkostanzi bhal dawn li jehtieg li Prim Ministru juri l-istoffa tieghu fit-tmexxija tal-pajjiz. F’mument fejn qed johorgu fil-berah ghadd kbir ta’ kazijiet ta’ korruzzjoni u tixhim Gonzi seta’ jibghat messagg car li l-Gvern tieghu mhux biss kien se jiggieled il-korruzzjoni imma anki jiehu l-passi politici necessarji biex min ghandu r-responsabbiltà jerfaghha. Imma f’dan il-pajjiz donnu hadd mhu responsabbli fejn tidhol it-tmexxija pubblika. U forsi ghalhekk jibqa’ jkollna kultura miskina u ingusta fejn it-tixhim, il-korruzzjoni u l-kummissjonijiet isiru parti mill-hajja ta’ kuljum.”
Hemm hafna u hafna x’tikteb dwar kazijiet ta’ korruzzjoni li sehhew that Gvern Nazzjonalista.
Meta ikollok partit li jinqeda b’kollox biex jibqa’ mas-siggu tal-poter nemmen illi hemmhekk inkunu missejna l-qiegh. Kulhadd jiftakar il-gidba fahxija li kien ghamel Dr. Fenech Adami lejliet ir-referendum ta’ l-2003 dwar Dr. Alfred Sant, u ghalkemm din mhiex korruzzjoni materjali, certament li hija korruzzjoni politika. Biex verament il-poplu Malti u Ghawdxi jkollu s-serhan tal-mohh, kif kien weghdna Dr. Gonzi, ghandna bzonn lil partit Laburista fil-Gvern ghax b’hekk biss ikollna Gvern serju u trasparenti.
 
Dr Etienne Grech
Fgura
www.etiennegrech.com

< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com