Login  |  
     
     
 

05 May 2007
Is-sahha sejra lura..
Is-sahha sejra lura..
   Il-kwalita’ tas- servizz nazzjonali tas-sahha li l-poplu qieghed jinghata sejjer lura.
Dawk li jiddefendu l-gvern qeghdin jaqilghu l-iskuzi li l-medicina saret iktar elaborata u ghalhekk zdiedet l-ispiza tas-sahha. Pero wiehed irid jiftakar li saru daqstant elaborati u kibru fic-cifri taghhom it-taxxi li l-haddiema qeghdin ikollhom ihallsu. Barra minn hekk huwa fatt li f’pajjizi zviluppati ewropej  xorta ghad ghandhom l-iskema pubblika tas-sahha taghhom b’xejn u jiena dejjem nispera li hekk ghandu jibqa’  is-servizz tas-sahha pubblika f’pajjizna. Li trid titrazzan hija il-hela u mhux il-kwalita’. Il-hela hija wahda mill-fatturi li flimkien ma’ sistemi hziena titfa’ lura l-kwalita’ tas-servizz li jinghata.  Tezisti hela ta’ medicini u ‘disposables’ medici ohra meta dawn jigu uzati fejn m’hemmx htiega. Il-hela tista’ ssibha wkoll fejn jidhlu wkoll ir-rizorsi umani. Issibha wkoll meta jinghataw xoghlijiet jew tenders ohra li ma jkollhomx l-infieq u l-kwalita’ taghhom ikkontrollati sew. Il-mamma tal-hela hija, kif kullhadd jaf,  in-nefqa mill-fondi pubblici fuq l-isptar il-gdid ta’ Mater Dei li sabih kemm hu sabih xorta jibqa’ l-fatt li l-ispiza tieghu kienet u ghad baqaghlha tkun bil-wisq akbar minn kemm gvern ghaqli kellu jonfoq. U hasra li dan l-isptar xorta spicca biex mhux ser ikollu numru bizzejjed ta’ sodod biex jakkomoda l-pazjenti kollha t’issa u tal-futur.
  Bhal f’kull qasam iehor, is-servizz tas-sahha jiddependi hafna fuq il-qaghda ekonomika u finanzjarja tal-pajjiz. Meta dawn ikunu batuti, jirriflettu f’servizz batut minhabba li jkun hemm inqas fondi pubblici biex isostnu servizz efficjenti. Dan l-aktar jigri meta jkollok rata ta’ inflazzjoni gholja u ghalhekk l-ispejjez joghlew iktar u l-gvern ma jkunx jista’ jlahhaq maghhom
   Id-dipartiment ta’ l-‘Out patients’  ghandu dewmien zejjed li jkexkxek. L-istess fid-dipartiment ta’ l-emergenza , kif ukoll ghall-operazjonijiet elettivi l-aghar fosthom huma tal-katarretta u ta’ l-ortopedija.  Ir-responsabbilta ta’ dan huwa ta’ min qieghed imexxi s-sistemi li jinvolvu kemm immaneggjar tar-rizorsi umani u anki tas-sistema ta’ kif jitqassmu l-kazi u f’liema dipartiment jew livell (primarju jew sekondarju jew terzjarju) ta’ kontinwazzjoni ta’ kura ghandu jinghata ‘l-pazjent.
  U biex tkompli tikkumplika s-sitwazzjoni hemm nuqqas kbir ta’ nies ikkwalifikati f’certi kategoriji . In-nuqqas ta’ dawn jorbot kemm ma’ difetti fis-sistema edukattiva ta’ pajjizna kif ukoll mall-fatt li hafna nies medici u paramedici qeghdin imorru jahdmu barra minhabba kundizzjonijiet ferm ahjar.
 L-ahhar accent li nixtieq naghmel huwa fuq il-qasam tal-farmacija. L-ilmenti tac-cittadini li ma jsibux medicini fl-ispizeriji pubblici huma maghrufin u kulhadd jifhem illi wahda mill-fatturi li jikkawza dan l-ilment hija l-burokrazija. Il-burokrazija li tinvolvi ruhha minn meta l-pillola tigi prodotta sakemm tasal sa go halq il-pazzjent (jekk tasal!). Din lahqet il-quccata taghha f’dak il-process hekk imsejjah tar-registrazzjoni tal-medicini li l-gvern ftiehem mar-rapprezentanti tal-UE biex pajjizna ssieheb ma din. Process li litteralment jehtieg kompilazzjoni ta’ eluf ta’ pagni ghal kull medicina li tidhol f’pajjizna u li minhabba f’hekk hafna mportaturi ma setghux jaffordjaw ikomplu jimportaw numru kbir ta’ certi medicini jew inkella ghollew il-prezz ta’ ohrajn biex ilahhqu ma’ l-ispejjez zejda.. Min bata minn dan kollu?? Il-poplu u s-sahha taghna lkoll!

< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com