Login  |  
     
     
 

03 March 2006
Il-Privatizzazjoni ta’l-art
Il-Privatizzazjoni ta’l-art
Il-privatizzazjoni ta’ l-art , li tfisser li l-artijiet ta’ pajjizna jinbieghu lill-entitajiet private, qiegheda ssir b’rata mill-aktar insostenibbli. Ir-raguni hija ovvj.  L-art Maltija hija limitata hafna u mhux sew li l-ftit art li tappartjeni lill-poplu kollu tinghata lill-privat bl-irhis bl-iskuza li ser isir zvilupp. Fil-passat il-Partit Laburista (kien jaghti l-art)  l-art kien jaghtiha direttamnet lill-familji li ghadhom jibdew familja u mhux lill-kumpaniji jew konsorzji li jixtru,itellghu u jbighu!
Meta wiehed jisma’ li dik it-tali kumpanija xtrat art minghand il-gvern u se ttella 300 appartament, l-ohra 200 appartament u l-ohra 250,  wiehed jibda anke jsaqsi lilu nnifsu, kemm ser ikun hawn supply ta’ dawn meta d–domanda hija ferm inqas.(wiehed jibda anki jistaqsi lilu nnifsu, hemm bzonn dawn l-appartamenti kollha meta t-talba hija ferm inqas minn l-appartamenti li hawn issa fis-suq ahseb u ara wara li jitlestew dawk ga approvati)
Dan l-ahhar kont qieghed nara stampa ta’ sfond ta’ progett bini bl-appartamenti li ser jitla’ hafna aktar fil-gholi minn bini biswitu. Ma nistax nifhem kif il-MEPA issanzzjonat dan il-bini li meta thares lejh min-naha tal-Belt tahsbu xi zurzieqa. Imma mid-dehra din l-awtorita’ donnha hadet il-policy li fl-inhawi ta’ tas-Sliema u San Giljan  (m’hemmx limitu ghal kemm sulari jistghu jitilghu) jistghu jitilghu sulari kemm iridu! Bhallikieku l-MEPA taf li l-kostruzzjoni li bhalissa ghandha 4-6% mill-prodott Gross Domestiku (li hija figura gholja u ferm aktar minn kemm pajjizna jiflah minhabba riperkussjonijiet ambjentali), u trid tghaddi bizzejjed permessi biex din ic-cifra issostniha. (    Il-qasam tal-kostruzzjoni bhalissa ghandu 4-6% mill-prodott Gross Domestiku ( li hija figura gholja u ferm aktar minn kemm pajjizna jiflah minhabba rperkussjonijiet ambjentali) u MEPA donnha trid tghaddi bizzejjed permessi biex din ic-cifra issostnieha). Nafu li d-domanda ta’ residenzi f’Malta hija ta’ bejn 3,000-5,000 kull sena . Fis-sena 2005 il-MEPA harget 9,000 permess ghall-postijiet ta’ residenza. Il-Gvern flimkien mal-MEPA u n-nies li lahhaq fiha mohhhom biex ikattru investimenti li ghalihom m’hawnx bizzejjed domanda fil-waqt li l-art limitata taghna qieghda tkompli tittiekel biex lil uliedna ser nispiccaw ma nhallulhom ebda art fil-kampanja. U dan meta l-istess MEPA timxi b’riga differenti ma’ nies li jixtiequ jaghmlu tieqa jew washroom fid-dar ezistenti taghhom!

< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com