Login  |  
     
     
 

03 April 2007
Programm fjakk ta’ privatizzazjoni.
Programm fjakk ta’ privatizzazjoni.
 
Sur Editur,
                  Il-gvern issa ilu s-snin bi programm politiku li jehles minn entitajiet li  bnew gvernijiet laburisti fil-passat, u dan billi jaghlquhom jew ibieghuhom lill-privat.
                   Meta wiehed ihares lejn il-mod kif ghandha ssir il-privatizzazjoni specjalment f’pajjiz ckejken bhal taghna , dejjem tistenna certa tattika u fl-istess hin trasparenza ghax bhal ma rajna f’pajjizi ohra li mxew fuq ideologija stretta ta’ privatizzazjoni totali gew ikkawzati certa gwaj (fosthom sensji) li r-responsabbilita’ taghhom taqa’ kompletament fuq min imexxi, u cioe l-gvern, kien min kien..
                   Il-gvern nazzjonalista beda bil-bejgh tal-Mid-Med bi prezz baxx, bl-ghaggla u bil-mohbi , u dan meta messu biegh entita’ kbira u principali wara u mhux qabel ma kiseb esperjenza fl-immaneggjar tal-privatizzazjonijiet! Parti sostanzjali tal-BOV ukoll giet mibjugha. Ma ninsewx li il-privat mohhu biss fil-profitti u mhux fl-elementi socjali li jistghu jinqalghu. U hekk qeghdin naraw li qieghed jigri! Il-profitti jsiru, izda minn fuq dahar il-konsumatur bic-‘charges’ zejda li jkollu jhallas. Din grat ukoll wara l-privatizzazjoni tal-MIA li issa ghandha ‘monopolju naturali’ mimli bic-‘charges’ u zgur mhux ser thalli spazju ghac-‘charges’ baxxi mitluba mill-‘low cost airlines’ li qeghdin igorru miljuni ta’ nies madwar l-Ewropa.
                   Ninnota wkoll it-tattika bazwija li mexa biha l-gvern fil-kaz tal bejgh tas-Seamalta. L-ewwel gie jhabbar li jekk ma tinbieghx lil Grimaldi ser jaghlaqha. Din l-ahbar ovvjament malajr ha nota taghha d-Dott.Grimaldi li ta’ imprenditur Taljan li hu malajr hajritu jilghab il-karta li flok ihallas ghas-Seamalta bil-haddiema b’kollox, jistennieha taghlaq (ghax hekk qal Austin Gatt) u jidhol jokkupa l-‘vojt’ li thalli warajha bla ebda spejjez jew irbit. Galadarba ninsabu fl-UE din jista’ jaghmilha ukoll!
                    Nghaddi ghall-Freeport. Din ma inbeghetx lil xi kumpanija tat-trasbord izda lil wahda li tahdem bhala linja tal-bahar. Kumpaniji ohra tat-trasbord issa qeghdin jitilqu u b’hekk il-Freeport thalliet izzomm fuq ‘sieq wahda’ ta’ kumpanijja ta’ bahhara. Mhuwiex principju tajjeb li thalli Freeport shih jiddependi fuq kumpanija wahda biss (min jaf x’jista jigrilha?). Ma ninsewx ukoll kif il-gvern accetta li jkompli ihallas imghaxxijiet kbar fuq flus li ssellef biex jibni mollijiet u spejjez kapitali ohra fil-freeport.
                  L-esperjenza wrietna li l-aqwa principji ta’ privatizzazjoni wrew ruhom fin-1997, u l-mod kif saret kienet ta’ gid ghall-istat, konsumatur, haddiem u nvestitur, u dan meta giet parzjalment pprivatizzata il-Maltacom minn gvern Laburista.
                  Gvern serju huwa gvern li jipprivatizza mhux ghall-gieh l-ideologija neoliberali izda billi jqis l-aspetti socjali filwaqt li jikseb l-aqwa prezz (bit-trasparenza kolla ) ghall-bejgh tal-gawhar li ghandu, u mhux jirregalhom bix-xejn!
 
 
                                                                                  Dr.Etienne Grech MD
                                                                                          Fgura
 

< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com