Login  |  
     
     
 

18 November 2007
That’ll Be The Day(6)
That’ll Be The Day
 
Kull min isegwi attentament ix-xena politika lokali seta’ jinnota kemm matul dawn l-ahhar gimghat l-attività propogandistika min-naha tal-Gvern zdiedet sew. Bizzejjed wiehed jaghti harsa lejn il-gurnal tal-Partit Nazzjonalista u malajr jintebah kemm pajjizna mixi ’l quddiem! Din hija l-fehma ta’ Dr. Lawrence Gonzi, li dejjem ihambaq li pajjizna qed jaghmel progress, li l-ekonomija qed tirpilja, li l-qghad qed jonqos, u fl-ahhar u mhux l-inqas li c-cittadin Malti ghandu aktar flus kontanti biex bihom jghix ta’ kuljum.
 
Min huwa qarrej regolari tal-gurnali Nazzjonalisti malajr jinnota bl-impostazzjoni u l-agenda li ghandhom dawn il-gurnali. Fil-maggoranza tal-granet, fl-ahhar pagna qed jigu ppubblikati rapporti kontinwi dwar progetti ta’ tisbih li saru jew qeghdin isiru prezentement. Minkejja dan it-tisbih, fost stharrig li jsir gewwa pajjizna kemm –il darba kien rrizulta li ghac-cittadini Maltin u Ghawdxin wiehed mill-aktar oqsma li thalla ghal rihu taht Gvern Nazzjonalista kien proprju l-ambjent. Meta qabel kellna lil Ministru Francis Zammit Dimech bhala Ministru responsabbli mill-ambjent, kienet tinhass li dan il-Ministru jinghata Ministeru iehor peress li ddizzappunta bil-kbir. Minkejja dan, anki l-Ministru ta’ warajh, George Pullicino, ukoll ddizzappunta. U dan mhux qed jghiduh il-Partit Laburista izda opinjonisti li ddikjaraw li fil-passat ivvutaw ghal PN. Bizzejjed wiehed jiftakar fil-kaz ta’ Dr. Claire Bonello li harget bl-islogan Vote George, get Lorry, fejn hija sahqet id-deluzjoni kbira li hallilha Gvern Nazzjonalista li lura fl-1987 kien jippriedka li huwa se jkun Gvern totalment demokratiku u minghajr favorizmu!
 
Ovvjament aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed toqrob l-elezzjoni u ghaldaqstant il-partit li jkun fil-gvern jipprova jitlaq fuq kampanja propogandistika qawwija biex jigbed lejn l-akbar ammont ta’ nies halli jkun jista’ jerga’ jinghata mandat iehor. Izda hawnhekk tqum il-mistoqsija li hafna qed isaqsu, anki nazzjonalisti stess: ghandna ghalfejn nergghu naghtu l-fiducja elettorali taghna lil PN?
 
Wara telqa ta’ diversi snin, issa li fadal madwar ftit xhur ghall-aktar test elettorali importanti, il-Gvern Nazzjonalista qed jaghmel dak kollu possibli biex jipprezentalna stampa li x-xoghol imwieghed sar, u sar bil-galbu. Id-disperazzjoni li matul dawn ix-xhur titpinga stampa mill-aktar pozittiva ta’ pajjizna hija l-agenda ewlenija tal-PN. Fl-istess waqt jaraw kif jaghmlu u jipprovaw ikissru kull min jista’ jaghmillhom il-hsara. Dawn huma sinjali ta’ disperazzjoni meta dejjem qeghda toqrob dik il-gurnata tant mistennija ta’ Bidu Gdid.
 

< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com