Login  |  
     
     
 

20 February 2010
Il-bolla balla dejjem titqal ghall haddiem

 Dan l-ahhar hafna nies ircevew fuljett id-dar jitkellem dwar il-bolla u kif din qeghda tghola kull sena sa l-2013 biex suppost taghmel tajjeb ghall pensjonijiet li jridu jithallsu 20 u 30 sena ohra. Jekk wiehed janalizza ftit is-sitwazzjoni ghas-self employed, wiehed jara li c-ceiling ghal min ihallas il-bolla issa tela ghat EUR 18,400 minn 17,151 Euro fis-sena – dan ifisser li issa il-bolla se tghola b’madwar EUR 183.66 ghal kull min jaqla aktar minn dan ic-ceiling.

Il-fuljett li ntbaghat fid-djar jipprova jiggustifika dan kollu billi jghid li jekk wiehed ikun hallas 40 sena bolli u ghamel mill-inqas 50 kontribuzzjoni f’sena, dan jista jirtira ta’ 61 sena. Li ma jghidx hu li anke jekk wiehed ikun marid, dan il-perjodu ma jghoddx bhala bolla u allura ma tistax timrad aktar minn massimu ta’ gimghatejn f’sena.

Suppost dan kollu huwa biex il-gvern jibda jippjana ghall future izda r-rejalta’ hijja lid an sempliciment qieghed jigbor flus issa ghal problema ta’ 50 sena ohra. Dan apparti l-fatt li huwa maghruf li l-fond konsolidat gie zarmat minn gvernijiet Nazzjonalisti biex ihallas ghall infieq sfrenat f’diversi setturi.

Meta wiehed jikkunsidra l-impjegati, s-sitwazzjoni hijja prattaikament l-istess.  Ghal din is-sena, il-Bolla ghal persuna taht it-48 sena li taqla’ EUR354 (Lm152) fil-gimgha se tizdied ghal massimu ta’ EUR35.39 fil-gimgha. Dan il-hlas se jerga’ jizdied fis-sentejn ta’ wara. Per ezempju, illum, kull min jaqla’ EUR20,964 fis-sena, ihallas EUR1,681 bolla. Sa tliet snin ohra, dan il-hlas se jiz­died ghal EUR2,096, jew EUR415 aktar fis-sena f’Bolla. Din l-istess spiza, se tizdied ukoll fuq dawk in-negozji li jhaddmu lil dawn il-persuni.

Dan huwa sempliciment ezercizzju biex il-gvern tal-gurnata idahhal dejjem aktar flus mill-bolol u fil-process jisloh lill haddiema biex ikompli jipprova jlahhaq ma’ l-infieq sfrenat li qieghed jaghmel f’diversi setturi – perezempju fil-paga doppja tal-ministri li xorta wahda thalliet prattikament kif kienet.

Dr Etienne Grech

Fgura


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com