Login  |  
     
     
 

20 March 2010
Id-Demenzja

 Huwa spiss argumentat li l-konfuzjoni hijaj xi haga li ghanda x’taqsam max-xjuhija. Wiehed jista jghid li din hijja senilita’ izda z-zewg termini huma fil-fatt skorretti. L-izzarmar tal-kapacita’ mentali mhuwiex process normali fil-kaz ta’ pesuni anzjani izda din hijja marda li ghanda bzonn trattament bhal kull dizordni fizika.

L-aktar marda komuni ta’ demenzja li taffettwa lill-anjani hijja l-Alzheimer’s Disease. Din hijja marda li hijja wahda mill-aktar kawzi komuni ta’ mwiet f’persuni anjani.

Meta tixjieh, dan ma jfissirx li int tibda tinsa. Id-demenzja hijja normalment assocjata mat-telf tal-memorja izda dan mhuwiex il-kaz. Il-problemi bil-kommunikazzjoni u l-agir jibdew isiru komuni f’pazjenti li jsofru d-demenzja u dan jikkreja effett negattiv fuq il-funzjonijiet tal-hajja ta’ kuljum. Dan ma jaffettwax biss il-pazjent izda ghandu effett ukoll fuq dawk li jeihdu hsieb l-istess pazjent u jista jikkawza stress mentali jew ghejja kbira fizika.

Hemm zewg tipi ta’ medikazzjoni ghad-dimenzja – anticholinergijja u l-memantine. Ta’ l-ewwel huma dizinjati biex jaffettaw il-funzjoni tal-memorja filwaqt l-memantine jintuza biex jghin lill-memorja, l-agir u l-kommunikazzjoni biex b’hekk tkun promossa l-indipendenza tal-pazjent.

Sfortunatament l-anticholinergijja tirrizulta f’diversi effetti negattivi, fost ohrajn il-problemi tal-qalb u r-risku ta’ waqgha li tista tirrizulta f’xi frattura. Dawn id-drogi ma jistawx ukoll jigu amministrati flimkien ma’ medicine ohrajn tal-qalb, kontra d-dipressjoni u ghad-dijabete.

Minn-naha l-ohra, l-memantine hijja ppruvata li taghti rizultati hafna ahjar u ghanda profil eccellenti ta’ sigurta’ minghajr riskji meta tigi amministrata flimkien ma’ medicine ohrajn. B’hekk wiehed jista jiffranka l-flus billi inaqqas drogi mhux essenzjali li jkun hemm bzonn biex jigri trattati l-effetti mhux mixtieqa.

Bhalissa f’Malta hawn madwar 4200 kaz rappurtat ta’ dimenzja bil-maggoranza tal-pazjenti jghixu go djar ta’ l-anzjani tal-gvern. F’Malta mhux bhal f’pajjizi Ewropej, il-pazjent mhuwiex entitolat ghal-medicina ta’ kontra d-dimenzja b’xejn. Hafna drabi, pazjenti f’dawn id-djar jinghataw medicina ta’ kontra d-dipressjoni biex jibqghu kalmi. Sfortunatament, il-azjenti u l-membri tal-familja ma jafux lid an it-tip ta’ trattament jirrizulta fi progressjoni aktar veloci ta’ din il-marda li tista anke tirrizulta fil-mewt tal-pazjent.

Il-pazjenti huma ntitolati ghall-aqwa servizzi u dan qatt ma jista jsir minghar medicina kif suppost. Memantine hijja l-unika droga fuq is-suq li tista tigi preskritta mit-tabib. Bil-Memantine, il-beneficcji mhumiex biss relatati mas-sintomi izda humma prruvati ukoll li jnaqqsu l-hin tal-carers, l-ispejjez u l-ammissjoni ghad-djar ta’ l-anzjani.


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com