Login  |  
     
     
 

07 August 2011
Ir-regolazzjoni ta’ l-IVF

Bhalissa l-ammont ta’ koppji li ma jistghux ikollhom tfal (infertili) huwa  ta’ madwar 10 fil-mija tal-koppji kollha. Din il-figura qeghda tizdied minhabba l-fatt li l-koppji qed ikollhom it-tfal aktar tard fil-hajja taghhom u anke minhabba iz-zieda fil-mard trasmess  sesswalment  (STD) li jista’ jikkawza hsara lill-organi riproduttivi. Iz-zieda fil-problema ta’ l-obesita’ ukoll tikkontribwixxi.

Hemm diversi metodi specjalizzati sabiex wiehed jittratta l-problema ta’ l-infertilita’ u wara li jkunu ezawsti l-metodi kollha semplici wiehed jista’ jirrikorri ghall-IVF jew teknologija ohra ta’ riproduzzjoni assistita (Artificial Reproductive Technology-ART) . Fost dawn wiehed jista’ jsemmi proceduri ta’ ART bhal ZIFT, GIFT u ICSI. S’issa dawn il-proceduri isiru biss fil-privat a spejjez tal-koppja.

L-IVF: (In-Vitro fertilization) f’aktar dettal 

IVF hija wahda mill-aktar proceduri komuni fejn jidhol l-ART. Din tinvolvi l-estrazzjoni ta’ numru ta’  bajd mill-ovarji. Dan il-bajd ikun iffertilizzat minn kampjun ta’ sperma tal-partner  li jkun diga mahsul u ppreparat. Meta numru specifikat ta’ bajd ikunu fertilizzati jergghu jiddahhlu fl-utru u jekk taqbad jew jaqbdu il-mara tohrog tqila . Tezisti kwistjoni etika dwar jekk il-bajd iffertilizzati jigux imdahhla kollha fl-utru Ii fiha r-riskju ta’ tqala b’iktar minn wild wiehed (li ggor iktar riskji ta’ kumplikazzjonijiet)  , jew jekk il-bajdiet iffertilizzati zejda jigux mormija jew storjati ghall-futur permezz ta’ l-iffrizar.

L-IVF tiftah iktar kwistjonijiet etici minhabba li il-bajd jew sperma jistghu ikunu ta’ xi hadd iehor mhux fil-koppja  u l-embrijuni ta’ koppja jistghu ukoll jigu pjantati f’mara ohra (surrogate motherhood) li jkolla tqala b’tarbija minn zerriegha ta’ koppja ohra.  Dawn il-kwistjonijiet iridu jigu diskussi fil-futur qarib  meta tigi mfassla ligi Maltija li tirregola l-ART inkluz l-IVF. 

Il–ligi trid tigi mfassla u mghoddija mill-parlament u l-kumitati parlamentari minn MP’s li ghandhom ikollhom idejali li japplikaw ghad-dinja u r-realtajiet tal llum.  Ghandhom ikunu sekulari u mhux b’idejat  iddettati mill-knisja ghax kieku l-IVF lanqas biss tithalla ssir.   Principji etici tajbin u li jghoddu ghar-rejaltajiet tas-socjeta’ tal-llum ghandom jigu applikati u ghalkemm jista’ jkun hemm hafna diskussjonijiet fuq dettalji minhabba opinjonijiet differenti, dawn ghandom jibqghu  il-qafas fuq xiex tkun eventwalment mibnija l-ligi.

Punti mportanti ta’ dibattitu  dwar l-IVF

Ghad hemm hafna punti li jridu jigu diskussi dwar din il-ligi u l-effetti konsegwenti taghha  kif gej:

Liema koppji jistghu jirrikorru ghal-IVF (koppji mizzewga, mhux mizzewga, koppji stabbli , koppji  lezbjani) ?

Jekk koppji jirrikorru ghall proceduri privati, ikunu intitolati ghal xi forma ta’ rebate ta’ taxxa? (Kull ciklu ta’ l-IVF jiswa madwar 5000 Ewro)

Jekk il-gvern se jhallas ghal din il-procedura ghal min jaghmilha fl-Isptar Mater Dei u lill min se tinghata b’xejn.?

Jekk jistax ikun hemm l-iffrizar ta’ sperma, ovarji jew embrijuni? L-iffrizar ta’ l-isperma huwa tajjeb ukoll ghal dawk li jkollhom tumur fit-testikoli u li jkollhom jaghmlu l-kimo-terapija.

L-irregolar tal-procedura (perezempju stimulazzjoni ta’ l-ovarji) sabiex ikun hemm anqas riskju ghall-omm u t-tarbija (ezempju huwa r-riskji tat-twelid ta’ numru ta’ trabi fl-istess tqala). Ir-regolazzjoni tista’ tippermetti biss li l-procedura ssir minn specjalisti  li ghandhom training sufficjenti u access ghall-apparat soffistikat. Irid ikun hemm kura ta’ l-aspett psikologiku ghax ir-rata ta success ta’ kull ciklu huwa ta’ madwar 30 fil-mija.

X’ghandu jsir bl-embrijuni li jkunu zejda? (fl-IVF iktar minn embrijun wiehed jifformaw)

Il kwistjoni ta’ ‘surrogate motherhood’ kif ukoll l-akkwsitar ta’ l-bajd  u l-isperma minghand persuni  terzi kif sa tigi trattata?

Dawn huma kollha punti serjissimi u li jridu jigu ccarati fid-dettal u b’mod progressiv  qabel titfassal il-ligi dwar l-IVF.

 


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com