Login  |  
     
     
 

01 July 2011
Nofs Malta tistenna l-Ispizerija ta’ l-Ghazla Tieghek

Mill-ahhar informazzjoni li giet zvelata ricentament, madwar nofs Malta ghada qed tistenna l-implimentazzjoni ta’ l-iskema, ‘L-Ispizerija ta’ l-Ghazla Tieghek’ u b’kumbinazzjoni din in-nofs Malta tinstab fin-nofsinhar tal-pajjiz. Fil-fatt jidher li madwar 88 spizerija f’dan ir-regjun ghadom qed jistennew li joffru dan is-servizz filwaqt li hemm 98 spizerija, mqassma bejn it-Tramuntana u Ghawdex li diga qeghdin joffru dan is-servizz.

Wiehed jiftakar b’kemm pompi u cerimonji, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien inawgura din l-iskema ftit qabel l-Elezzjoni Generali ta’ l-2008 izda issa, aktar minn tlett snin wara, nofs il-pajjiz ghadu minghajra. Skond il-Ministeru tas-Sahha din kellha tkun prattikament introdotta kollha fil-pajjiz sa’ l-ahhar ta’ l-2009 izda issa jidher li l-iskema qeghda tigi ppjanata li tkun introdotta fil-pajjiz kollhu sa l-ahhar ta’ l-2012 – konvenjentament ftit qabel l-elezzjoni li jmiss.

Dawn huma l-lokalitajiet li s’issa ghadhom minghajr din l-iskema:

Paola, Tarxien, Il-Fgura, Sta Lucija, Birzebbuga, Marsaxlokk, Zejtun, Marsaskala, Gudja, Ghaxaq, Zabbar , Xghajra, Kalkara, Bormla, Isla, Birgu, Valletta, Marsa, Hamrun, Floriana, Mqabba, Luqa, Safi, Kirkop, Qormi, Qrendi, Zurrieq, Siggiewi u Zebbug.

Wiehed jistaqsi ghalfejn bhas-soltu, in-Nofsinhar ta’ Malta thalliet ghall-ahhar biex tgawdi minn dan is-servizz u malajr wiehed jikkonkludi li biex jaqdu lin-Nazzjonalisti l-ewwel, l-iskema giet introdotta fil-lokalitajiet b’maggoranza  tal-blu ferm qabel dawk tal-homor. Imbasta jghidulna li l-firda politika spiccat meta dan il-kaz jurina car daqs il-kristall li n-nies fin-Nofs in-Nhar ta’ Malta huma ttrattati bhala cittadini tat-tieni klassi.

Apparti din id-diskrepanza , is-sistema fiha nnifisha hija wahda kollha kumplikazzjonijiet u burokrazija kbira bejn minhabba problemi amministrattivi li ntefghu fuq l-ispizjara u s-sidien ta’ l-ispizeriji, kif ukoll minhabba l-ammont kbir ta’ pillolli ‘out of stock’ li qeghdin jheddu s-sistema kollha tas-sahha f’pajjizna. Jidher car li ghandna gvern inkompetenti izda fejn irid, dan ihaddem mohhu tajjeb biex ipaxxi lill-votanti tieghu u jeskludi lill-haddiehor. Il-kaz ta’ l-Ispizerija ta’ l-Ghazla Tieghek huwa wiehed fejn dan l-apartheid politiku johrog car daqs il-kristall.

 


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com