Login  |  
     
     
 

18 June 2011
Il-kwistjoni tal-waiting lists

Minkejja l-hafna ftahir tal-gvern li ghandna sptar state of the art (izda fil-fatt jesa inqas sodod mill-isptar san Luqa ), il-kwistjoni tal-waiting lists ghall-operazzjonijiet ma jidhirx li qeghda tigi rizolta, anzi dejjem qeghda tmur ghall-aghar. Fil-fatt mill-ahhar statistika li taha l-Ministru tas-Sahha fil-Parlament, jidher li ghalkemm l-operazzjonijiet zdiedu, il-waiting lists xorta baqghu jitwalu. Sahansitra, il-waiting list ghall-operazzjoni tal-katarretti issa qabzet il-hamest’ elef, figura mhux biss allarmanti izda ukoll pjuttost mera fuq l-inkompetenza ta’ dan il-ministru u l-gvern tieghu. Dan wara li tlett snin ilu wieghed li ser isolvi l-problema tal-waiting lists.

Huwa fieragh li toqghod tiftahar li l-operazzjonijiet jizdiedu sena fuq sena meta kullhadd jaf li d-domanda ghall-operazzjonijiet mill-pubbliku qeghda kull ma tmur tizdied. Jidher li ghal darba ohra, il-gvern m’ghandux ir-rieda li jattakka l-kwistjoni tal-waiting lists bir-rizultat li jew ma tarax (bil-katarretti) jew inkella tghaddi minn tbatija kbira  (jekk tibqa tistenna ghal operazzjoni serja) jew ikollok tonfoq l-eluf ta’ l-ewro biex tmur taghmel l-operazzjoni li jkollok bzonn privat. Is-sitwazzjoni fl-isptar dejjem sejra ghall-aghar u minkejja hafna ftahir u pompi, il-pazjenti u dawk morda dejjem qed jibqaw ibatu aktar minghajr hadd ma jimpurtah. Din il-problema tista’ tigi solvuta anke permezz ta’ shubija bejn l-operaturi privati ma dawk tal-isptarijiet pubblici f’kazi ta operazzjonijiet li ilhom jistennew  izda l-gvern ma ha ebda pass lejn din id-direzzjoni biex isolvi l-problema.


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com