Login  |  
     
     
 

15 May 2011
Il-mobilita’ socjali

Fis-socjetajiet Ewropej ghaddej tibdil drammatiku: fin-natura tax-xoghol,  fil-hajja tal-familja moderna, it-tendenzi demografici, il-pozizzjoni tan-nisa fis-socjetà, il-mobilità socjali u l-incidenza tal-faqar u l-inugwaljanza. Il-valuri qed jinbiddlu u s-socjetajiet qed isiru dejjem aktar multikulturali. Din id-dinamika socjali twassal ghal sfidi godda.

Malta mhix eccezzjoni ghalkemm f’dan il-pajjiz il-process ghadu xi ftit lura minhabba diversi ragunijiet. Wahda hija l-problema akuta ta’ pagi baxxi li ghalkemm dhalna fl-Unjoni Ewropeja fl-2004 xorta wahda baqghet. Huwa difficli biex persuna titla’ ringiera fil-klassifika socjali jekk ma tkun tista tghix hajja decenti b’rikrejazzjoni kif suppost u l-kapacita’ li trabbi familja b’certi kumditajiet li fid-dinja tal-llum tista’ tghid li huma essenzjali.

Il-faqar f’pajjizna qed jerga’  jibda jerfa rasu u dan allura qieghed jaffettwa b’mod negattiv il-mobilita’ socjali. Il-propjeta’ xorta wahda hija  gholja fil-prezz u dejjem qed isir aktar difficli biex persuni jixtru l-ewwel propjeta’ taghhom minhabba spejjez esagerati u l-banek f’dawn l-ahhar snin ma tantx qed jifthu idejhom f’dak li huwa self. L-importanza li wiehed ikollu l-propjeta’ tieghu hija xi haga essenzjali fil-kwistjoni kollha tal-mobilita’ socjali ghaliex dak li jkun ihossu ndipendenti u jkun jista’  javvanza socjalment anke f’dan l-aspett importanti.

Il-Mobilita socjali hija l-opportunita’ li persuna u anke l-familja taghha  tavvanza  fil-grad socjali matul il-hajja kemm  waqt l-edukazzjoni formattiva taz-zghozija u anka iktar tard matul il-karriera tal-persuna.

Naturalment hemm faxxa zghira fis-socjeta’ li qeghda tavvanza tajjeb bejn ghaliex ghanda l-opportunita’ li ttejjeb il-karriera taghha kif ukoll ghaliex ikollha dhul aktar minn normal li jippermettila tghix hajja fil-wisq aktar varjata u ta’ kwalita’ ahjar. Izda din il-faxxa hija wahda zghira u privileggata u ghad fadal hafna xi jsir f’dak li huwa tqassim tal-gid ugwali fejn allinqas f’pajjizna – huma hafna l-persuni li qeghdin jaqghu lura.

Ix-xoghol prekarju huwa aspett iehor li jwaqqaf jew jipperikola’ l-mobilita’ socjali. Dan ghaliex meta int ikollok dhul baxx u li jista’ jkun li jintemmlek hesrem minghajr alternattivi tkun dejjem qieghed tghix fil-biza’ li tispicca bla flus u allura ma tistax tghix hajja bazika ahseb u ara wahda dicenti u li tavvanza fil-hajja. Dan l-aspett tax-xoghol prekarju qieghed dejjem aktar jizdied u ghandna sitwazzjonijiet fejn sahansitra diversi kumpanijji qeghdin juzaw dan il-metodu ta’ mpieg fuq bazi regolari biex jiffrankaw spejjez ta’ taxxa u ta’ bolla.

Huwa mportanti li s-socjeta’ Maltija tizvilluppa u tkompli toffri opportunitajiet ghal mobilita’ socjali ahjar sabiex il-batut jigi mwiezen u jinghata opportunita’ biex ma jibqax jaqa lura, anzi dan ghandu dejjem jigi mghejjun jitla’ u javvanza l-iskali socjali u l-kwalita’ tal-hajja u tal-impjieg . Dan kien u jibqa’ dejjem  tir importanti  tal-partit laburista u taht gvern immexxi minn Dr Joseph Muscat il-mobilita’ socjali ser tinghata prijorita’ centrali.


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com