Login  |  
     
     
 

05 September 2011
Il-kwistjoni ta’ l-infermiera mill-Pakistan – tithawwad dejjem aktar

 

Hekk kif smajna il-gimgha li ghaddiet li madwar tletin infermiera mill-Pakistan gew impjegati mill-gvern fuq bazi full time, recentament hargu aktar dettalji dwar il-kuntratti li inghataw lill dawn l-infermiera li allegatament qed titnaqqsilhom parti mill-paga taghhom fi speci ta’ commission lill dawk li mpjegawhom.

Il-konfuzjoni fid-Dipartiment tas-Sahha qeghda dejjem tizdied ghaliex l-ewwel dawn hargu stqarrija u qalulna li dawn l-infermiera gew impjegati b’kuntratti normali bhallikieku kienu lokali. Ftit wara f’konferenza ta’ l-ahbarijiet mill-Partit Laburista thabbar li dawn l-infermiera huma gew mpjegati minn agenzija li qeghda tiehu parti mill-paga taghhom bhala ‘commission’. Nergaw nisimghu mid-Dipartiment tas-Sahha li qal li ma kienx jaf li dawk kienu l-kundizzjonijiet u se jsejjah inkjesta dwar dan. Lil min taqbad temmen wiehed isaqsi?

Intant nhar il-Hadd li ghadda, l-Mexxej Laburista Joseph Muscat talab biex issir inkjesta pubblika fuq il-kaz tal-infermiera Pakistani mpjegati mill-Gvern li gew reklutati permezz ta’ agent li qed igib dawn l-infermiera li qed jigu sfrutatti u qed ikollhom ihallsu pagamenti kbar lill-istess agent. Huwa tajjeb li jsir dan izda s’issa ghad ma smajna xejn mid-Dipartiment tas-Sahha ghajr li huma jimxu skond il-ligi.

Dr Muscat sostna li minn rapporti qed johrog li l-interview saret minn ufficjal gholi fid-dipartiment tas-sahha.  Huwa sostna li dan il-grupp ta’ nurses Pakistani impjegati mal-gvern qed jahdmu b’kundizzjonijiet xokkanti.

Il-Mexxej Laburista qal li jidher li mill-interviews hareg li fost dawk li gew mal-ewwel 35 post fl-interview ghal nurses godda, 33 minnhom kienu dawn in-nurses mill-Pakistan.

B’hekk Joseph Muscat talab ghal inkjesta pubblika u jekk dawn l-allegazzjonijiet jigu ppruvati, dan ikun kaz tal-ikbar gravita. Qal li huwa ghandu ismijiet ta’ nies li jidhru kienu fil-process imma jistenna li ssir inkjesta. Il-Mexxej Laburista tenna li jekk jinghata l-fiducja, ghal Gvern Laburista kuntratti bhal dawn ma jkunx accettabbli.

Huwa car li mill-kuntratt li gie ppubblikat ta’ Chrism Ltd, dawn l-infermiera mill-Pakistan qed ikollhom ihallsu ammont sistanzjali mill-paga taghhom lill din il-kumpanijja. Din hijja prassi li tintuza hafna f’pajjizi ohrajn bhal Dubai fejn jingiebu numru qawwi ta’ haddiema minn pajjizi bhal pakistan u bangladesh li jithallsu rati ta’ salarji mizeri. Milli jidher il-Ministeru tas-Sahha irid li din tkun il-prassi hawn Malta ukoll.


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com