Login  |  
     
     
 

06 May 2011
L-incidenza tal-mard respiratorju madwar il-portijiet u fin-nahat t’isfel ta’ Malta

Introduzzjoni – fejn qeghdin illum?

 

Il-mard respiratorju jinkludi l-azma, l-allergija, ir-rhinitis, l-emphysema u l-kancer tal-pulmun. Diversi studji f’dawn l-ahhar snin konsistentement urew li l-poplu Malti ibati minn rati ta’ mard respiratorju ferm aktar gholi minn-normal – fil-fatt ir-rati hawn Malta huma hafna aktar gholja minn dawk f’pajjizi girien taghna fil-Mediterran. L-isfida principali ambjentali f’pajjizna hija relatata mal-mard respiratorju, li hafna minnha tigi mit-tniggiz fl-arja. Tfal zaghar hafna kif ukoll trabi li ghadom ma’ twieldux huma partikolarment sensittivi ghat-tniggiz fl-arja.

 

Il-kawzi principali tal-mard respiratorju

 

Il-letteratura medika kontemporanja qeghda tirricerka lill hinn minn dawk il-partikoli li huma normalment assocjati mat-tniggiz fl-arja (partikoli li jidhlu fl-arja meta jinharqu l-fjuwils fil-karozzi u fl-impjanti ta’ l-energijja) u li jissejhu PM 10 jew PM 2.5. Issa qed jigi nvestigat il-partikolu PM 0.1 li huwa hafna aktar fin mill-partikoli l-ohrajn u li huwa mahsub li huwa l-kawza principali ta’ l-azzma fin-nies li jghixu vicin zoni ndustrijali. Apparti minn hekk, it-tniggis tal-arja huwa wkoll marbut ma’ mard respiratorju kroniku, L-azzma hija l-aktar marda kronika komuni fost it-tfal u hija wahda mill-kawzi ewlenin li jwassalu biex tfal taht il-15-il sena jiddahhlu l-isptar.


Il-partikoli li joholqu tniggiz fl-arja u li jikkawzaw mard respiratorju f’Malta huma l-ozonu, id-dijossidu nitrogenu, id-dijossidu tas-sulphur u l-benzina. Izda l-aktar partikoli li jniggzu l-arja huma dawk li jissejhu ‘particulates’ u li jigu primarjament mit-traffiku u mill-emmissjonijiet tal-power stations.

Id-depoziti tat-trab fl-arja f’Malta jvarjaw minn 170 miligramma kuljum ghal 940 miligramma kuljum. Meta wiehed iqabbel din il-figura ma’ l-Ingilterra isib li f’post urban, ir-rata hijja bejn il 50 u l-100 miligramma kuljum .

 

 

 

 

 

 

Statistika fin-Nofsinhar ta’ Malta

 

Statistika ricenti turi li wiehed minn kull tmien persuni li jghixu fil-Fgura jew wiehed minn kull ghaxra li jghixu fiz-Zejtun isofru minn sintomi ta’ l-asthma minghajr ma’ jafu. Barra min hekk, persentagg aktar gholi huma dawk in-nies li jbatu minn sintomi jew allergiji respiratorji tal-asthma, bl-ammont ikun dak ta’ wiehed minn kull erbgha, jew 25%.

 

Aktar min hekk, l-istudju zvela li persuna li jghix fil-Fgura huwa tlett darbiet aktar probabbli li jidhol l-isptar isofri mill-asthma minn persuni ohrajn li jghixu f’kull post ta’ Malta u Ghawdex. Intant, meta tqabbel ir rata ta’ kancer fil pulmun, dik taz Zejtun hijja aktar gholja mir rata Nazzjonali.

 

Intant skont statistika Ewropea tal-European Health Interview Survey li giet ikkwotata mill-Ministru Cassar fil-Parlament, bejn l-2002 u l-2008 f’Malta l-prevalenza tal-azma fuq bazi nazzjonali zdiedet minn 7.3% ghal 9% tal-popolazzjoni. Fl-2002 f’Malta kien hawn madwar 8.1% tal-popolazzjoni jsofru mill-azzma fir-regjun tan-Nofsinhar tal-Port il-Kbir, komparat mas-7.7% fil-parti tat-Tramuntana tal-Port, 7.5% fix-Xlokk, 7% fil-Punent u 8.2% fl-inhawi tat-Tramuntana ta’ Malta.

Sal-2008 dawn ic-cifri kollha telghu ‘il fuq, 11.7% fir-regjun tan-Nofsinhar tal-Port il-Kbir, 9.5% fil-parti tat-Tramuntana tal-Port, 8.5% fix-Xlokk ta’ Malta, 8.4% fil-Punent u 10.3% fl-inhawi tat-Tramuntana ta’ Malta. Ir-rizultati ta’ dan is-survey juru wkoll li 8.5% tal-irgiel u 10% tan-nisa Maltin u Ghawdxin, f’xi zmien jew iehor kienu jsofru mill-azzma, inkluza l-azzma li tkun forma ta’ allergija.

Sorsi ta’ tniggiz

Kif kullhadd jaf, il-progetti ndustrijali fil-pajjiz kollha prattikament isibu ruhhom fin-Nofsinhar ta’ Malta u dan qieghed izid b’mod allarmanti, l-incidenza tal-mard respiratorju f’dan ir-regjun. Fil-fatt, il-prossimita’ taz-zoni ndustrijali tkompli tikkawza zieda f’dan it-tip tal-mard li huwa mizjud mat-tniggiz qawwi fit-toroq taghna, impjanti li jarmu emissjonijiet ferm aktar milli suppost, impjanti ta’ ncinerazzjoni li mhumiex konformi ma’ standards ta’ l-Unjoni Ewropeja kif ukoll l-incidenza qawwija ta’ siti tal-kostruzzjoni.

 

 

 

 

Il-Professur Edward Mallia jemmen li t-trab iswed fil-Fgura huwa r-rizultat tal- powerstation tal-Marsa.

“U dan ukoll ghal sahhet uliedhom fil-gejjieni qrib la tinbena l-estensjoni tal-power station li se tithaddem bil-heavy fuel oil kif ukoll la l-gvern imexxi kif jidher li behsiebu jaghmel bil-pjani tieghu li jibni incineratur xi tmien darbiet akbar minn dak tal-Marsa (ta’ hdejn il-biccerija) qrib l-istess power station ta’ Delimara.”

X’nistghu naghmlu u x’m’ghandnix naghmlu

Il-pass li jmiss ghal titjib gradwali fil-kwalita’ ta’ l-arja hija l-introduzzjoni ta’ katra mizuri favor l-ambjent specjalment fil-qasam tat-trasport kif ukoll l-uzu ta’ sorsi t-energijja aktar nadifa.

Fost decizjonijiet ohrajn li gabu l-istmerrija tar-residenti fin-Nofsinhar, l-incineratur fil-Marsa, l-impjant tar-riciklagg u l-koncentrazzjoni tal-fish farms f’Wied il-Ghajn, il-Port Hieles u l-estensjoni tieghu f’Birzebbuga li spicca fena lir-residenti ta’ Birzebbuga bit-tniggiz ta’ l-arja u l-ibhra b’mod partikolari tal-Bajja s-Sabiha.

Maghhom it-tkaxkir tas-saqajn biex titnehha l-hazna taz-zjut fit-tankijiet ta’ l-Enemalta fil-qalba ta’ l-istess lokalità. Skont it-trattat ta’ adezjoni, dawn kellhom jitnehhew minn fejn huma llum sa mis-shubija ta’ Malta fl-UE, jigifieri hames snin ilu.

Il-Ministru tas-Sahha Cassar ammetta fil-Parlament li l-power stations u t-traffiku huma fost l-akbar sorsi ta’ tniggis li qed jikkontribwixxu biex tizdied il-prevalenza ta’ mard respiratorju, partikolarment l-azzma fost il-Maltin. Izda s’issa ftit li xejn sar jew huwa ppjanat biex isir biex din il-posizzjoni titjieb.

 

Dr Etienne Grech MD

Fgura

 


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com