Login  |  
     
     
 

28 March 2011
Il-kura ghall-kancer – ezercizzju propagandistiku li mhux sincier mal-poplu

Il-gvern qabad kampanja ta’ propaganda fejn tidhol sahha u b’mod specjali fejn tidhol il-kura tal kancer. Dan minkejja li f’dan il-qasam ghadna lura ferm u l-lok ghal titjib huwa wiehed sostanzjali.

Il-ftahir dwar il-breast screening program huwa ironiku.  Dan qieghed isir fuq faxxa zghira ta nisa (dawk  ta’ bejn 50 u 60 sena)  meta din il-faxxa trid tkun hafna aktar usa biex tilhaq livelli bhal dawk ta pajjizi zviluppati. Minn-naha l-ohra, programmi ta screening fil qasam pubbliku (ghal min irid ihallas jista’  juza l privat) ghal kancer tal musrana l-kbira u tal-ghonq ta l-utru huma inezistenti minkejja li dawn huma ta mportanza kbira f’ pajjizi  zviluppati  u rajna diversi kampanji dwarhom specjalment f’pajjizi bhall-Ingilterra fejn sahansitra l-gvern ghen biex jiffinanzja kampanja ta’ vaccinazzjoni kontra l-HPV li jikkawza l-kancer ta’ l-ghonq ta’ l-utru.

Intant il-gvern ikompli jiftahar li qieghed jinbena centru ta l-onkologija fl-Isptar Mater Dei u ser jonfoq Euro 59 million ohra (minghajr il cost overruns li kif wiehed jaf f’dan il-pajjiz huma dejjem sostanzjali) .  Dan suppost kellu jsir bil-prezz li thallas ghal Isptar  Mater Dei komplut bid dipartiment ta l-onkologija u d-dermatologija u mhux b’aktar hlas.  Harsa lejn is sit fejn qeghed jinbena juri li apparti minn thaffir, l-ebda bini ma jidher lest, jigifieri ghad iridu nibqghu nittammaw ghal numru ta snin ohra sabiex dan jitlesta.

Sadanittant pazjenti li ghandom kancer avvanzat iridu jinqdew bl-24 sodda li hemm fl-Isptar Boffa li huma hafna inqas mill bzonnijiet  ta’ pajjizna specjalment meta tqis li fl- Isptar Mater Dei ma jaccettawx kura terminali tal-kancer (ghax mhuwiex kaz akut) u dawn il-kazi jintbghatu d dar.

 Madankollu hafna pazjenti li jiehdu il kura tal-kemoterapija u jmorru d dar, m’ghandomx servizz ta emergenza 24 siegha fejn  jirrikorru f’ kaz li jigu bzonn (l-emergenza tal- Mater Dei mhijiex specjalizzata ghal kumplikazzjonijiet tal- kemoterapija jew radjoterapija)   Dawk li jiehdu ir- radjoterapija iridu joqghodu ghal delays minhabba l-fatt li l-magni tar raggi antiki li hemm fl-Isptar Boffa spiss ikollhom il hsara.

Dwar il medicini ghall kura tal-kancer  , minkejja li sar xi progress xorta wahda sa ftit granet ilu ghad hemm pazjenti li jigu mitluba jixtru medicini tal-kancer ghax il- gvern ma jtijhomx b’xejn . Dawn jistghu iqumu mal 600 Ewro fix- xhar ghall numru ta xhur u hafna jispiccaw jintbaghtu ghall-  hniena tal Community Chest fund li biex tirrifondi parti mill ispejjez trid hafna mili ta karti u dikjarar tal qliegh u  assi tal-pazjent. Dan kollu jikkawza anzjeta kbira ghal pazjenti li diga’ qeghdin isofru minn stress kbir minhabba l-marda li ghandom.

Dwar l-aspett psikologiku u ta’ ghajnuna lill pazjenti bil-kancer li ghadhom fid dar taghhom , dawn ma jigux offruti servizzi ta ghajnuna socjali , psikologiku jew f’xi apparat li jinhtieg u allura dawn dejjem jispiccaw jirrikorru ghand l NGO’s (mhux tal gvern) bhall Hospice Movement li kulltant  ikollhom jicchargjaw ghas-servizz li jaghtu.

Fejn tidhol dijanjozi jew follow up tal marda il gvern jiftahar bl-uzu tal PET scan.  Dan l apparat li jintuza biex jara jekk infirxittx il marda lanqas huwa tal gvern imma huwa propjeta ta’ sptar privat. Biex il gvern jiffinanzja l-uzu tal PET scanner ghal pazjenti ghandu protokoll rigoruz illi minhabba fih hafna nies li l opinjoni tat tobba u onkologisti huwa li jsir il-pet scan, dan ma jsehhx ghax ma jikkwalifikax skond il protokoll iebes li ghamel il ministru. Ezempju ta’dan huwa li dawk in nisa li huma suspettati li ghandom tracci ta cancer (metastasis) tas-sider li seta’ nfirex, ma jistghux juzaw il PET scan semplicement ghax dan mhux permess mill protokoll ghax il kancer tas sider tan nisa huwa komuni!

Anka fejn tidhol dijanjozi tal kancer qeghdin lura hafna ghax biex wiehed li jkollu suspett li ghandu possibilment id-dijanjozi tal kancer irid idum mill inqas 6-8 week ghal appuntament urgenti fil MOP jew SOP . u jekk ikollu bzonn MRI jew endoskopija  urgenti irid jistenna tlett gimghat  ohra.  Dan ifisser li anka f’kazijiet trattati bhala urgenti mill bidu hemm tlett xhur mitlufin sakemm tinbeda l kura. Dana ma japplikax sintendi jekk il-pazjent jerfa l pizijiet finazjarji hu u jhallas ghal kura privata.

Dawn l-ezempji kollha juruna kemm il-gvern mhux qed ikun sincier mal-poplu fuq il-kwistjoni tal-kura ghall kancer. Il-fatti huma li ghadna lura daqs granc f’dan is-settur u sadanittant il-problema ta’ din il-marda qeghda dejjem tizdied minhabba problemi fil-kwalita ta’ l-arja li qeghdin ikomplu jaffettwaw ghall-aghar is-sahha tal-poplu Malti in generali.

DR ETIENNE GRECH MD

Fgura

Kandidat- tielet distrett


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com