Login  |  
     
     
 

30 January 2011
Il-problema ta’ nuqqas ta medicinali fl-isptar Mater Dei u fl-Ispizeriji tal-Gvern

Dan in-nuqqas huwa problema rejali kemm fl-Isptar Mater Dei kif ukoll fl-Iskema tal-Pharmacy of Your Choice. Fil-fatt wiehed irid jinnota ukoll li l-PoYC ghada inezistenti fin-naha t’isfel ta’ Malta allavolja kienet weghda elettorali li smajna kemm flahna dwarha.

In-nuqqas ta’ medicini daqqa taffettwa medicina u daqqa ohra u meta n-nies imorru jgibu l-medicini  daqqa tkun nieqsa wahda  u daqqa tkun ohra. Dan ifisser li hemm xi haga intrinsikament hazina fil-metodu kif qed jigu ordnati u jingiebu l-istess medicini mid-dipartiment tal-farmacewtika.

Fi twegiba ghall mistoqsija parlamentari mid-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis, il Ministru ghas-Sahha Joe Cassar qal li Infurmat li fl-2010 il-Ministeru tas-Sahha, l-Anzjani u Kura fil-Komunità ghamel studju tal-process kollu f’dak li ghandu x’jaqsam max-xiri u d-distribuzzjoni tal-medicini.

Huwa spjega li wara li sar analizi ta’ dan l-istudju, il-Ministeru addotta din l-istrategija:

Beda jhejji biex jintroduci kull entita’ pubblika fil-qasam tas-sahha fuq sistema ta’ informatika komuni ghall-immanigjar tal-inventarju tal-medicini.  Permezz t’hekk il-Ministeru kien jkun jista’ janalizza l-istat tal-inventarju ghall-kull prodott, biex b’hekk ikun jaf kemm ghandu stock mifrux mal-Ministeru, kif ukoll l-ammont ta’ stock ta’ kull prodott f’ kull entita’ ohra. S’issa jidher li ebda wahda minn dawn ir-rakkmandazzjonijiet ma giet implimentata u ma sar assolutament xejn biex itejjeb is-sistema .

Il- Ministru Cassar qal ukoll li sa jibdew jintuzaw metodi ta’ xiri innovattivi fl-ispirtu tar-Regolamenti stabbiliti.  Dawn jinkludu sistemi bhal e-Auction, Framework Agreement u Dynamic Market Mechanisms.  L-uzu ta’ dawn il-metodi jista’ jkun wiehed immirat lejn prodotti farmacewtici varji, u medicinali ohra li jkun ta’ beneficcju jekk jinxtraw b’dan il-metodu. Hafna kliem tekniku u diskors  li ukoll dwaru ghadu ma sar  xejn l-anqas.   

Qal ukoll li sa jinbeda process ta’ kontroll fuq is-sistemi nterni tal-Ministeru fejn jidhlu xiri u tqassim ta’ medicina bil-ghan li jkun hemm iktar efficjenza u koordinazzjoni. Kif kullhadd jaf dan huwa kollu kliem fieragh ghaliex l-affari ila sejra lura s-snin u xejn qatt ma sar biex din il-kwistjoni tigi ndirizzata.

Sahansitra l-Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry ukoll ghaddiet kumment fuq il-mod kif jingiebu l-medicini u qalu ukoll li l-Government Health Procurement services m’ghandomx sistema stabbilita ta’ kif ikunu jafu x’inhuma l-medicini li hemm bzonn li jingiebu. Id-domanda tal-medicini tvarja skond il-bzonnijiet tal-pazjenti u mhemmx  pjanar minn qabel  dwar il-kwantitajiet  tal-medicini li jkun hemm bzonn. Apparti min hekk il-kumpaniji tal-medicini jew agenti  li jerbhu t-tender  iridu jkunu avzati minnufih  dwar id-domanda li ser ikun hemm bzonn .

Il-Kamra tal Kummerc ghamlet ukoll kumment dwar is-sistema tal-procurement u tendering fejn qalu li din hija rigida wisq u mimlija teknikalitajiet zejda. Id-dokumenti tad-tender ikunu  difficli biex jinhadmu sewwa u fi zmien ragunevoli .Apparti dan hemm ukoll il-kwistjoni tal-‘late payments’. Dawn huma affarijiet illi l-gvern ilu li kellu jirranga biex is-sistema ta’ kif jingiebu l-medicini ghall-isptarijiet u poyc u  ma jkunx hemm nuqqas taghhom.


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com