Login  |  
     
     
 

10 December 2010
Il-lupu qatt ma jbiddel sufu

L-ekonomija ta’ l-Irlanda kienet sejra tajjeb fil-bidu tas-snin 2000 u niftakru kemm il-pampaluni Nazzjonalisti tal-Moviment Iva u l-MIC kienu jghidulna li jekk nidhlu fl-Unjoni Ewropeja konna se nfuru bil-gid bhall-Irlanda. Issa biddlu d-diska meta l-Irlanda qeghda f’xifer falliment u qed jghidulna li l-Unjoni Ewropeja m’ghandiex x’taqsam ma’ l-isfregju ekonomiku fl-Irlanda u pajjizi ohrajn bhall-Grecja.

 

In-Nazzjonalisti pampaluni komplew jghaddu z-zmien  bil-poplu meta kien hemm il-falliment ekonomiku fl-Izlanda – din id-darba kienu qalulna li dan gralhom li gralhom ghax ma’ kienux fl-Unjoni Ewropeja u lanqas ma kienu fiz-zona Ewro. Ftit xhur wara kien imiss il-Grecja biex tfalli izda n-nazzjonalisti flok wahhlu fl-Ewro qalu li kien it-tort tal-Gvern Socjalista ta’ Papandreuo meta t-tort kien ta’ gvern lemini bhalhom (li min jaf kemm laghquh ghat-turizmu) li falla l-pajjiz bis-self sfrenat u djun enormi.

 

In-Nazzjonalisti ghall darb ohra qeghdin jghidu mod ,u ftit xhur wara kollox jispicca jisplodi f’wicchom.   Dawn iridu jieqfu minnufih min din il-kantaliena li l-Ewro u l-Unjoni Ewropeja huma xi soluzzjoni ta’ kollox. Is-soluzzjonijiet jigu meta l-gvern Nazzjonalista  iwarrab minn-nofs u l-pajjiz jitmexxa minn team gdid Laburista. Il-Partit Laburista  jaghraf ahjar li s-successi ekonomici f’Malta jigu bis-sahha taghna stess u mhux direttament ghax membri fl-Unjoni Ewropeja jew ghax imsiehba fl-Ewro.   

 

Dr Etienne Grech

Fgura  

 


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com