Login  |  
     
     
 

18 November 2010
Fejn hi l-weghda tat-tnaqqis tat-taxxa?

Punt kardinali li biha l-Partit Nazzjonalista rebah l-Elezzjoni Generali ta’ l-2008 kienet il-weghda li kien ser inaqqas it-taxxa massima minn 35 fil mija ghal 25 fil-mija. Wiehed irid ifakkar li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien ukoll wieghed li dan it-tnaqqis kien ser isehh fl-ewwel  sentejn izda kif kullhadd jaf, diga ghaddew tlett Budgets minn din il-legizlatura u kullhadd baqa b’xiber imnieher.

 

Il-krizi ekonomika li faqqghet fl-ahhar kwart tas-sena 2008 suppost m’affettwatnix, anzi il-pampaluni Nazzjonalisti il-hin kollu jiftahru kemm Malta ma hassietx l’effetti tar-ricessjoni. Mela ghalfejn, wiehed irid isaqsi, il-gvern ta’ GonziPN ma jaqbadx u jintroduci ir-riformi tant imwieghda fl-income tax? Jew forsi qieghed jistenna sa’ l-ahhar Budget qabel l-Elezzjoni li jmiss biex joqghod iroxx u jitfa l-bzar fl-ghajnejn? Issa drajniha l-politika tal-Partit Nazzjonalista – l-ewwel jghasar il-poplu kemm jiflah imbaghad jerhilu xi haga fl-ahhar ftit xhur biex jergaw jitilghu  fil-Gvern fost hafna weghdi fiergha u bla bazi.

 

Lawrence Gonzi kien jaf li gej il-maltemp u xorta wieghed it-tnaqqis fit-taxxa  biex ikun jista’ jerbah l-elezzjoni bl-ingann u jbellahha lin-nies biex jivvutalwu.  Din hija irresponsabilta’  ghax jekk twieghed xi haga trid taghmila inkella ahjar ma twieghed xejn. Ikun tradiment kolossali jekk il gvern iwettaq it- tnaqqis fir-rati tat-taxxa fl-ahhar tal-legizlatura , wara li n-nies ikunu ghexu il-hames snin kollha ihallsu aktar taxxi minn kif gew imweghda qabel l-elezzjoni.

 

Dr.Etienne Grech

Fgura

 


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com