Login  |  
     
     
 

21 October 2010
Toroq ghal Smartcity ghandhom jitlestew minn qabel

Il-progett ta’ Smart city jinvolvi hafna aktar minn ftahir u spekulazzjoni tal-artijiet. Dan minhabba l-fatt li  hemm problema ta’ tniggiz fil-Fgura u l-madwar , u parti minn dan huwa kkawzat mill-intensita’ tat-traffiku li tghaddi minn din iz-zona.  L-ismart city meta titlesta  se ggieghel mat-23,000 elf karozza jghaddu minn lokalita’ li diga ghanda problemi kbar ta’ traffiku.

Skond masterplan ippreparat minn Transport Malta, il-progett ta’ Smart City suppost se jkun maghqud ma’ Tal-Barrani izda l-progett mhuwiex se jitlesta mill-inqas sas-sena 2020. Dan ifisser li r-residenti tal-Fgura se jkollhom jitqannew bi traffiku esagerat ghal aktar minn ghaxar snin sakemm it-toroq kollha lejn u minn Smart City jitlestew.

Wara l-hafna ftahir mill-Gvern il-gimgha li  nfetah l-ewwel blokk ta’ bini fi Smart City, din il-kwistjoni tat-toroq ghanda tigi solvuta bi prijorita’ . It-triq lejn Tal-Barrani ghanda titlesta kollha kemm hi u mhux noqghodu ninhlew fi progetti ‘piecemeal’ li jsolvu s-sitwazzjoni ghat-traffiku biss b’mod temporanju. Mhux bizzejjed li l-industrija kollha tossika tinstab l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Malta.

Il-parti l-kbira tat-toroq li hemm bejn smart city u t-triq ta’ tal-barrani huma fi stat dizastruz specjalment dawk ta’  Labour Road Zabbar, it-triq ta bejn il-mina ta Hompesch u l-mithna ta Bulebel kif ukoll  it-triq tac-cawsli taz-zejtun.

Transport Malta ghanda taghti prijorita’ lill triq li tghaqqad lill Kalkara ma’ Tal-Barrani mill-aktar fis possibbli. Ma jistax ikun li-residenti tal-Fgura li diga huma mifnijjin b’diversi problemi  kemm ta’ densita’ qawwija ta’ bini, traffiku u tniggiz jibqghu isofru l-konsegwenzi ta’ ppjanar hazin fuq progetti ta’ dan il-kobor.

Dr Etienne Grech

Fgura


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com