Login  |  
     
     
 

29 September 2010
Il-kuncett tal-working wage

Kif kullhadd jaf l-gholi tal-hajja esagerata u l-ispejjez li qed jizdiedu kontinwament  qed ikollhom effett qawwi fuq l-istandard tal-hajja tal-Maltin u l-Ghawdxin. Xi granet ilu, l-Kap ta’ l-Opposizzjoni qal li ghandna nistudjaw il-kuncett tal-modern working wage biex wiehed jkun jista’  jevalwa x’inhi paga dicenti fil-hajja moderna tal-lum – haga li l-gvern Nazzjonalista prezenti mhux behsiebu jaghmilha zgur ghaliex huwa moghmi biss fil-politika partiggjana fejn jipprova jbella l-poplu li kollox ghaddej harir fil-pajjiz.

Li l-PL qed jikkunsidra serjament dan il-kuncett  li bhalissa qed jissemma f’ghadd ta' pajjizi Ewropej u fl-Amerika  . Ghandu jigi stabbilit x' paga u dhul ghandha bzonn persuna u familja biex jghixu hajja dicenti, u li tixraqilhom. Din hija il-Living Wage. L-employers ghandhom igawdu minn incentivi jekk jaghtu dan il-livell ta' pagi lill-haddiema taghhom.

 F’Malta ghandna naghmlu l-istess bhall-pajjizi zviluppati  minn issa u mhux meta tkun ila li bdiet  tithaddem snin shah fl-Ewropa.  Illum il-gurnata ghandna sitwazzjoni fejn minn jahdem u huwa biezel, jigi kkastigat b’aktar taxi u ma jlahhaqx mal-hajja.

Hawn Malta ghandna l-paga medja li hija ftit Euro biss iktar mill-paga minima u dan huwa sinjal ikrah ferm ghall-haddiem u ghall-middle class. Ilna li nsejna li qabel l-elezzjoni Lawrence Gonzi wieghed li ser inaqqas l-Income Tax sa' mill-ewwel budget tieghu biex rebah il-voti ta’ dawk li emmnuh.  Din il-weghda ghamilha meta kien qed jiftahar li qed jara l-"maltemp" u "mewg" gej fuq pajjizna.

 Wara l-elezzjoni, ivvinta kull skuza biex ma jzommx din il-weghda.  Diga' ghaddew zewg budgets u ma zammx kelmtu.  Il-poplu jistenna li jzomm kelmtu fil-Budget li gej. Fl-istess waqt ghandna naraw li aktar edukazzjoni twassal  biex aktar nies johorgu  fis-suq tax-xoghol fejn jaspiraw ghal xoghol u kundizzjonijiet ahjar minghajr ma’ jsipiccaw  sfruttati.

Dr Etienne Grech

Fgura


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com