Login  |  
     
     
 

23 August 2010
Kuntrast qawwi fis-sitwazzjoni ta’ l-infermiera godda f’pajjizna

Kif kullhadd jaf f’pajjizna hawn nuqqas qawwi ta’ nfermiera u qwiebel li qed tikkawza dewmien kemm fl-operazzjonijiet kif ukoll fl-istandards generali ta’ servizzi tas-sahha.  L-ahbar ricenti li madwar 300 applikaw biex jahdmu bhala infermiera hijja xi ftit stramba minhabba l-fatt li xejn anqas minn 250 minn dawn humma barranin. L-akbar ironija hijja li biss f’Lulju li ghadda diversi applikazzjonijiet ghal dan il-kors gew rifjutati mill-awtoritajiet tas-sahha minhabba li applikaw numerus clausus li ma kellux jaqbez il-140 applikant.

Wiehed ma jistax jifhem kif il-Gvern u partikolarment il-Ministeru tas-Sahha qijad ikompli jippersisti b’dan l-attegament kunfliggenti u li ma’ jaghmilx sens. Dan wara li kullhadd jiftakar li madwar hames snin ilu, il-Ministru tas-Sahha ta’ dak iz-zmien, it-tabib Louis Deguara kien hareg jiftahar li hemm bizzejjed infermiera fil-pajjiz u allura dawk li xtaqu japplikaw ghall kors kienu jghidulom li ghalxejn se jaghmlu dan ghaliex xoghol ghalihom mhux se jkun hawn.

Is-sitwazzjoni fil-qasam tas-sahha ma’ tistax tibqa sejra kif inhi b’nuqqas prattikament f’kull rokna tal-funzjonijiet operattivi. Kien allura ghalxejn li l-unjon ta’ l-infermiera u l-qwiebel (MUMN) ghamlu kampanja tant tajba biex ihajru lill dawk li kellhom il-hsieb li jidhlu ghal dan il-kors u li tant intlaqghet b’success.

 Il-Ministeru tas-Sahha ma’ jistax joqghod gallerija u jilghaba li ma jafx x’inhu ghaddej u ghandu jghid ghalfejn se jaccetta 300 infermiera godda b’250 barrani ghaliex forsi dak li mhux qed jinghad hu li dawn se jithallsu ferm anqas milli kieku kellhom jigu mpjegati l-Maltin.  

Il-poplu haqqu servizz tas-sahha ahjar minn dak li qed ikollu juza bhalissa u hafna minn dan jiddependi minn numru adekwat ta’ nfermiera u qwiebel f’kull qasam.


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com