Login  |  
     
     
 

11 April 2010
Meta gejja l-Whistleblower Act?

Bhal hafna weghdiet fiergha li saru qabel l-elezzjoni insibu li dik l’hekk imsejha Whisteblower Act. Din, jew inkella xi ligi li ghandha l-istess effett, ghada lanqas biss tressqet biex tigi diskussa ahseb u ara approvata. Wiehed jistaqsi ghalfejn hawn dan it-tkaxkir tas-saqajn kollha sabiex din il-ligi tidhol fis-sehh. Forsi l-gvern qieghed jibza’ li jinkixfu aktar borom li diga hawn mikxufa u johorgu aktar stejjer ta’ koruzzjoni li ma jkunux jistghu jigu mwaqqfa? Hemm ukoll il-kwistjoni tal-biza’ ghaliex kif nafu, Malta zghira u n-nies maghrufa u jekk xi hadd jazzarda jikxef xi haga , din il-ligi tista’ tipprotegih kontra xi atti ta’ vendikazzjoni jew rikatt. Izda dan kollu m’ghandux ihalli l-gvern jorqod fuq din il-kwistjoni meta hemm hafna pajjizi inkluz dawk Ewropej li ghandom din il-ligi fil-legislazzjoni taghhom. Fil-fatt din tintuza regolarment f’hafna pajjizi bhal-Istati Uniti u r-Renju Unit kif ukoll f’pajjizi bhall Belgju u l-Germanja biex hargu diversi kazi ta’ korruzzjoni . Jidher car li l-gvern irid jorqod fuq l-implementazzjoni tal-Whistleblower Act (maghrufa ukoll bhala ‘Public interest disclosure Act’) u jekk din tigi mressqa biss fl-ahhar tal-legizlatura, ikun bezgha minnha u  dahak dahka ohra bil-poplu Malti .Kemm il-darba saru weghdiet li se jitressqu ligijiet biex jipprotegu l-liberta’ ta’ l-espressjoni izda bhal dejjem dawn jew idumu zmien twil biex jidhlu fis-sehh jew jigu emendati b’tali mod u manjiera li ma jkunu jiswew xejn jew bla sahha. Nistennew jekk vera l-gvern Nazzjonalista huwiex qieghed jibza’ mit-trasparenza u l-kontabilita’ pubblika minhabba t-‘trackrecord’  pessima tieghu.

Dr Etienne Grech

Fgura


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com