Login  |  
     
     
 

12 March 2010
Trab iswed u trab abjad!

Wara li l-Gvern Nazzjonalista ilhu iktar minn ghaxar snin jghaddi z-zmien  bin-nies tas-South fuq il-kwistjoni tat-trab iswed, dan l-ahhar rajna li b’hafna pompi u cerimonji, l-MEP Nazzjonalista Simon Busuttil ipprezenta petizzjoni fil-Parlament Ewropew biex Malta tigi nvestigata dwar il-problema tat-trab (abjad!) li johrog mill-industrija tal-kostruzzjoni.

 

Fi twegiba Parlamentari ricenti, il Prim Ministru Lawrence Gonzi ghazel li jkompli jinjora l-probelma tat-trab iswed fejn qal li din l-istess problema marret ghall-ahjar. Izda jekk tkellem lir-residenti ta’ l-inhawi l-aktar milquta dawn jghidulek li l-kwistjoni tat-trab iswed fuq il bjut u fil-parapetti mhux biss ghada maghna izda qeghda  tizdied.

 

Meta nitkellmu fuq it-trab abjad, il-kwistjoni hijja differenti ghax jidher li dan l-ilment gie minn diversi persuni fl-inhawi tan-Naxxar u Hal-Lija, wara kollox rinomati ghal proporzjon qawwi ta’ votanti Nazzjonalisti. Qabbdu lill-MEP l-aktar li jhobb jidher biex jaghmel xi haga u taparsi juri li qed jaghti kaz. Izda kullhadd jaf li l-interessi ta’ l-industrija tal-kostruzzjoni huma kbar  u kullhadd imdahhal fihom, specjalment diversi neguzjanti li jaghtu appogg finaznjarju bil-miftuh lill-gvern Nazzjonalista halli jkomplu jirbhu l-kuntratti.

 

Dan bhallikieku li fiz-zona tas-South m’hemmx industrija tal-kostruzzjoni u li din ukoll tohloq ammont kbir ta’ trab abjad ukoll imma hemmhekk ma’ jimpurtax ghax il-votanti huma Laburisti. Izda diversi membri parlamentari mis-South inkluz dak Nazzjonalista Jesmond Mugliett tkellmu bis-sahha dwar il-kwistjoni tat-trab iswed f’dawn l-inhawi fejn qal ukoll fuq  il-Priministru u l-MEPA li l-ezercizzju biex  taparsi jigu mmonitorjatati d-dhahen huwa dahq fil-wicc. Il-poplu Malti, inkluz dak tas-South jixraqlu ahjar minn hafna weghdiet fierha.


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com