Login  |  
     
     
 

03 March 2010
Tnaqqis fit-taxxa – meta gejja?

Wahda mill-punti kardinali li fuqha kien ibbaza il-kampanja qabel l-ahhar elezzjoni generali l-partit ta’ GonziPN kienet  it-tnaqqis fit-tax bands fejn kien gie liberalment imwieghed li r-rata ta’ taxxa ghal dawk li jhallsu l-aktar kienet se tinzel minn 35 fil mija ghal 25 fil-mija. Madankollu bl-iskuza tar-ricessjoni (li daqqa tolqotna u daqqa ma tolqotnix – dejjem skond il-gvern) din il-weghda lanqas biss ghada tissemma u meta jigi mistoqsi dwara, l-Prim Ministru u l-ministru tal-finanzi jibqghu jghidu li din mhux necessarjament ser tidhol fl-ewwel snin tal-legislatura meta kullhadd jaf li l-weghda kienet li din tidhol fis-sehh mill-ewwel. Minn kollox taghmel ghall-voti specjalment meta tkun GonziPN.

 

X’inhi r-realta’ tas-sitwazzjoni ghall-poplu in-generali? Mhux talli dan ma hax tnaqqis fit-taxxa kif kien imwieghed ghal darba darbtejn izda  kullhadd; negozjanti, self-employed, impjegati b’xoghol tajjeb, haddiema tal-‘middle class’ u dawk bil-beneficcji socjali lkoll qed jigu ffacjati b’zieda fil-kontijiet tad-dawl u ilma li huma fost l-ghola fl-Ewropa bl-iskuza tal-prezz taz-zejt li dan l-ahhar anke nizel taht it-80 dollaru l-barmil. Din x’inhi jekk mhux forma ohra ta’taxxa biex il-gvern jara kif se jaghmel biex jikkontrolla d-dejn splodut u deficit m’ghola s-sema? U meta issaqsi lill-gvern ghalfejn qed jigri hekk dejjem issib l-istess skuzi .

 

Il-weghda tat-tnaqqis fit-tax bands hija weghda u ma tistax tibqa tigi njorata. Il-poplu haqqu risposta meta din se tigi mplimentata mill-aktar fis u mhux jekk issir meta tkun ser tintem il-legislatura prezenti . Kif qal tajjeb il-Mexxej Laburista Joseph Muscat, it-tariffi esagerati tad-dawl u l-ilma huma biss ghodda ohra ghall-gvern biex jaghmel tajjeb ghat-tberbiq ta’ flus fost l-ohrajn  Dar Malta fi Brussel, telf ta’ flus fuq il-kuntratt ‘Fairmount’ tat-tarzna u l-hrug ta’ miljuni kbar ta’ flus biex inehhi l-haddiema tat-trasport pubbliku minn xogholhom. Il-poplu ma jiflahx ghall-aktar weghdi mhux imwettqa u dahk fil-wicc izda jrid kwalita’ ta’ hajja ahjar!


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com