Login  |  
     
     
 

15 February 2010
Tilqim li mhuwiex b’xejn f’Malta

Jezistu certa tilqimiet li hargu f’dawn l-ahhar snin illi f’pajjizi ohra ewropej qeghdin jinghataw b’xejn lill-dawk in-nies li jehtiguhom. Dawn it-tilqim huma kontra il-mikrobi tal-pneumococcus (li jista’ jikkawza infezzjonijiet fil-pulmun specjalment fit-tfal u fl-anzjani) u l- human papilloma virus (li jikkawza l-kancer fl-ghonq tal-utru tan-nisa).

F’Malta dawn it-tilqim illi huma importanti kemm ghall-individwu u kemm ghas-sahha pubblika mhux talli ma jinghatawx b’xejn izda fuq il-prezz tat-tilqima wiehed irid ihallas 5% VAT.  Minhabba l-ispiza ta’ dawn hafna minn dawk il-persuni li huma vulnerabbli ghal-dawn il-mikrobi u gejjin minn familji bi dhul baxx jew medju ma jistghux jaffordjawha fil-privat u ghaldaqstant il-mikrobu iktar jinxtered.   Minbarra dan il-gvern mhuwiex jaghmel kampanja edukattiva fuq kif jinxterdu u dwar il-prevenzjoni ta’ dawn il-mikrobi .   Ftit huma dawk li huma informati dwar dawn.


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com