Login  |  
     
     
 

01 January 2010
Is-Servizz tal-Kura Primarja

                   Flejt sewwa d-dokument li hareg il-ministru tal-politika socjali dan l-ahhar li fih proposti dwar kif jista’ jigi msahhah is-servizz tal-kura primarja (tobba tal-familja privati u centri tas-sahha u bereg tal-gvern) f’pajjizna. F’dan id-dokument jidher car li ghal darb’ohra  l-gvern irid jitfa’ is-servizz ta’ tabib b’xejn mic-centri tas-sahha f’kull hin bi nhar jew bil-lejl ghal ghand it-tobba tal-familja privati. Sahansitra hemm imnizzel (f’Sezzjoni 6.1.1) li certa kazi li jmorru d-dipartiment ta’l-emergenza jergghu jintbaghtu lura u kull min imur ic-centru tas-sahha jigi ‘mheggeg’ biex imur ghand it-tabib privat tieghu. It-tabib privat ser jibqa’ bi hlas minn but il-pazjent hlief f’kazijiet eccezzjonali.

                     Haga ohra li wiehed jinnota hija li t-tobba tal-familja privati ser ikunu mhegga  u regolati biex ikabbru il-facilitajiet taghhom u jinghaqdu bejniethom (group practices) u anke jhaddmu nurses jew skrivani maghhom. Dawn l-ispejjez minghajr dubju sejrin jghollu l-mizati li jiehdu it-tobba tal-familji privati  li kuntrarju ghal dak li jigri fir-Renju Unit jew fid-Danimarka (li jintwerew fid-dokument bhala ezempji fuqhiex nimxu) il-pazjent Malti ikollu ihallas fil-pront minn butu jew ikollu jhallas assikurazzjoni privata.  Dan huwa mod dispregjattiv ta’ kif il-Gvern irid jehles min-nies li jinqdew mic-centri tas-sahha ghall-visti b’xejn u fl-istess hin igieghel lis-servizz privat jgholli il-mizati tieghu!


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com