Login  |  
     
     
 

16 August 2009
Il-Falliment tal-iskema POYC.

Wahda mill-weghdi fierha tal-gvern nazzjonalista li marret il-bahar kienet dik imsejha ‘Pharmacy of your choice Scheme’ jew POYC fil-qosor.

Din kienet weghda sabiex dawk in-nies li jgibu il-medicini taghhom ghal-mard kroniku bil-kartuna s-safra ,flok jaghmlu nofs ta’ nhar fil-queue go l-ispizerija tad-distrett, jigbru il-medicini mil-ispizerija tar-rahal taghhom. Din l-iskema bdiet bhala progett pilota fis-sajf tal-2007 u waqfet hesrem fl-infanzja taghha meta suppost kellha tinfirex ma’ Malta u Ghawdex kollha. L-iskema falliet u falliet ghax ma kienx hemm vizjoni u impenn serju . Kien hemm biss weghdi u ftahir .   Il-progett gie varat qabel ma kien hemm konsultazzjoni u ftehim shih ma l-ispizjara kollha nvoluti, kemm dawk privati kif ukoll dawk tal-gvern. Qajla gie diskuss xi spazju ser ikollhom bzonn l-ispizjara privati biex izommu il-prodotti u l-medicini li ser jigu mqassma wisq anqas kemm u kif ser jigu mhallsa ta’ dan is-servizz. Ma kienx pjanat u imhejji l-istaff tekniku li jinhtieg biex jigu ippakjati u distribwiti il-medicini mill-ispizeriji centrali ghal-dawk ta’ l-irhula.  L-anqas kien hemm infrastruttura amministrattiva jew tal-informatika biex tkun tista’ tinfirex is-sistema mal-pajjiz kollhu . Madankollhu wiehed irid iqis ukoll is-sistema difettuza u insostenibli ta’ kif il-gvern jiffinanzja u jikseb il-provvisti tal-lista twila ta’ medicini li ghalihom il-pazjenti huma intitolati li jiehdu b’xejn bil-kartuna is-safra (Schedule 5). Mhux darba u tnejn li l-pazjenti ma jsibux il-medicini minhabba dan. Gvern serju ghandu jipjana sew qabel ma jniedi progetti bhal-dawn inkella tkompli tizdiet il-lista ta’ progetti falluti b’detriment ghac-cittadin.


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com