Login  |  
     
     
 

08 August 2009
L-iSwine Flu u t-Tamiflu

Minkejja s-shana tas-sajf, l-iswine flu qiegheda tinfirex ma pajjizna bhalma qiegheda taghmel f-imkejjen ohra madwar id-dinja. S’issa ghad ma kien hemm l-ebda mortalita’ f’pajjizna  kawzata direttament minn din il-marda u hija ix-xewqa taghna lkoll li din tibqa’ hekk sakemm il-pandemija tigi fi tmiema. Il-gvern ghandu stokk tal-medicina kontra dan il-virus ,it-Tamiflu li qiegheda tigi moghtija b’xejn  biss lill-dawk il-pazjenti li jaqghu fil-kategorija ta’  ‘nies vulnerabli’ minhabba eta’ jew mard iehor, u  li jirrizultaw posittivi ghat-test tal-iswine flu. Il-problema b’din is-sistema hija li minn meta pazjent jarah it-tabib  u jsiru il-kuntatti biex isir it-test u fl-ahhar mill-ahhar jircievi il-pilloli tat-Tamiflu  jilhqu jghaddu madwar 48 siegha. Minhabba f’hekk l-effettivita’ ta’ dawn il-pilloli jista’ jintilef minhabba li dawn  iridu jittiehdu fi zmien 48 siegha minn meta jitfaccaw is-sintomi. Il-Kumitat Nazzjonali tal-Pandemija ghandu jiddiskuti din il-materja u jbiddel l-istrategija ta’ kif jinghataw dawn il-pilloli lin-nies vulnerabbli milquta biex b’hekk dawn jibdew il-pilloli iktar kmieni fil-process tal-marda .

 

 


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com