Login  |  
     
     
 

07 June 2009
Iktar nuqqasijiet fl-isptarijiet .

    Sabiex tkompli taghmel is-sitwazzjoni iktar difficli milli hi fil-qasam tas-sahha, jezistu certa cirkustanzi fejn pazjent jiffacja nuqqas iehor ta’ servizz  partikolari li jista jinqala’ f’kaz ta’ bzonn. U dan huwa in-nuqqas ta’ servizz pubbliku professjonali ghall-emergenzi ta’ natura  psikjatrika. Jinqalghu cirkustanzi fejn jigi msejjah tabib tal-familja u f’uhud minn dawn il-kazi jkun jehtieg li pazjent jintbaghat  ghall-kura urgenti psikjatrika gewwa sptar . Dan is-servizz li jilqa’ n-nies f’kull hin li jista’ jinqala’ ma jezistix u pazjent ikollu jew jiddahhal bl-ordni tal-‘mental health act’ jew jistenna sa fil-ghodu (mhux fil-jum tal-Hadd jew festi publici) bir-riskji kollha , sakemm isiru kuntatti mal-psikjatri tas-servizz publiku.

                     Dan it-tip ta’ nuqqas issibu wkoll ghall dak li ghandu x’jaqsam mal-kura tal-kancer fl-isptar Boffa.

 Jekk tinqala’ xi emergenza fil-kaz ta’ pazjenti li jircievu il-kemoterapija jew radjoterapija mis-saghtejn ta’ wara nofs inhar il-quddiem dawn ma jsibux sokkors fil-pront mill-isptar Boffa, u t-tobba ta’ Mater Dei mhumiex specjalizzati f’dan il-qasam. Dawn huma nuqqasijiet li ma ssibhomx f’pajjizi zviluppati anke ta’ l-istess daqs bhal taghna.


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com