Login  |  
     
     
 

26 April 2009
Il- Cross border Health Directive

Filwaqt li ninsabu fil-qalba tal-kampanja ta’ l-elezzjoni ghal-MEP’s f’Gunju li gej ,qegheda tissemma hafna il-cross border Health directive u kif din tista’  ttaffi mill-problema tal-waiting lists ta’ l’operazzjonijiet kirurgici li jsiru f’Malta. L-abbozz ta’ din id-direttiva qeghda tigi tiskussa fil-Parlament Ewropew wara li ghaddiet mill-kumitat parlamentari. Wahda mill-miri taghha hu li meta cittadin ta’ l-Unjoni  jehtieg operazzjoni jista’ jmur jaghmilha f’pajjiz ta’ l-UE iehor u l-gvern tieghu ihallas l-ispejjez ta’ l-isptar biex ikun kopert bl-istess mod kif isir normalment f’pajjizu. L-ispejjez tal-vjagg u akkomodazzjoni tal-pazjent u min jakkumpanjah ihallsu il-pazjent. U dan ikollu jitla mill-inqas darbtejn , darba ghall-vista biex jibbukjawh u darb’ohra ghall-operazzjoni dejjem jekk ma jinqalghux kumplikazzjonijiet.   L-ispejjez tas-safar u akkomodazjoni jistghu jigu daqs l-ispiza kieku l-operazzjoni saret fi klinika privata f’Malta. Il-pazjenti Maltin ma jigux rimbursati ta’ l-ispejjez jekk jaghmlu uzu minn sptar privat fl-UE galadarba il-gvern Malti ma jhallasx kura privata f’Malta stess.

Fl-opinjoni tieghi din id-direttiva mhix ser taghmel xi impatt qawwi fuq il-waiting lists ta’ l-operazzjonijiet f’Malta.  U haga ohra li hafna ghadhom ma jafux hija li wiehed Malti jista’ jmur fl-isptar ta’ Ghawdex biex issirlu operazzjoni iktar malajl minn Malta.  Ftit huma dawk il-pazjenti li jirnexxilhom li jivvjaggaw sa Ghawdex ghall-operazzjoni ahseb u ara kemm ser jivvjaggaw hafna iktar lill’hinn.


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com