Login  |  
     
     
 

25 January 2009
Pazjenti minn barra

Niskanta kif nisma il-ministru tal-politika socjali John Dalli jghid li l-isptar Mater Dei  ghandu jsir sptar li jilqa pazjenti li jingiebu apposta minn barra ghall-kura meta dan l-isptar lanqas ghandu bizzejjed sodod biex jakkomoda lill-Maltin! Ghall-ewwel hsibtu  kien qieghed jghid li jingiebu tobba u nurses minn barra (mqar biex jahdmu u jitharrgu)  ghax hekk taghmel hafna iktar sens izda le , kien qieghed jirreferi ghall-iktar pazjenti.

Tassew mar zmerc il-gvern fil-pjanijiet  meta tqis li wara tant spejjez u kobor u trumbetti  irrizulta dan in-nuqqas ta’ sodod. U wiehed irid iqis li dan huwa sptar li nbena biex iservi  ghas-sittin sena li gejjin! Kullhadd konxju li din il-problema ser tkompli tikber fil-futur minhabba l-fatt li in-nies kull ma jmur jghixu aktar u ghaldaqstant jizdiedu il-bzonnijiet medici.

Apparti dan ninnota wkoll li skond rapport mil-kummissjoni Ewropeja gejna l-ahhar  flimkien mar-Rumanija fil-prevenzjoni tal-kancer. Minkejja il-weghdi tas-soltu xorta  ghad m’ghandnix servizz ta’ screening b’xejn bhalma ghandom il-pajjizi kollha ewropej  (hlief ir-Rumanija) ghall-kancer tas-sider, ghonq ta’ l-utru u l-musrana il-kbira. Il-ministru jghid li m’hemmx flus. Jiena nghidlu li kien hemm flus izda il-flus intefqu hazin fuq il-bini u issa l-ispejjez rikorrenti biex jahdem l-imsemmi sptar. Mhux ahjar nahsbu ghas-soluzzjonijiet flokk indoqqu it-trumbetti!

 


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com