Login  |  
     
     
 

25 December 2011
Sigurta’ matul il-festi tal-Milied

Il-Milied huwa zmien meta d-dar taghna tkun probabbilment mimlija nies u fl-eccitament ta’ l-istagun, incidenti huma ferm aktar komuni. Izda wahda mill-affarijiet tajbin tal-Milied hija li tipikament ikun hemm aktar nies fil-madwar sabiex jaghmlu supervizjoni fuq it-tfal u allura bi ftit attenzjoni u ppjanar bil-quddiem hafna incidenti jistghu jigu evitati.

Hemm diversi pariri li wiehed jista’ jsegwi biex il-Milied ikun wiehed minghajr incidenti u allura dawn huma biss ftit minnhom fejn il-Milied jista’ jkun wiehed hafna aktar hieni u mhux jispicca f’xi tragedja.

Wiehed ghandu jixtri rigali ghat-tfal tieghu li jkunu konformi mal-grupp ta’ l-eta taghhom u li jkunu konformi ma standards regolati . Ghandek ukoll taghti kaz affarijiet zghar li jistghu jkunu ta’ periklu ghat-tfal fejn dawn jistghu jifgaw, ezempji tipici huma gugarelli li jaqghu mis-sigar tal-Milied, batteriji u bziezaq mifqughin. It-tfal ikunu kurjuzi hafna specjalment meta jkunu ta’ eta’ zghira u allura ghandek taghmel minn kollox biex dawn it-tip t’oggetti ma’ jithallewx jigru ma’ kullimkien.

Ghandek ukoll izzomm it-tizjin u l-kartolini l-boghod minn nirien u sorsi ohrajn ta’ nar bhal fittings tad-dwal. M’ghandek qatt thalli xemghat wahedom jew inkella ghamel zgur li titfihom qabel torqod u taghmilx xemghat fuq sigar tal-Milied. Jekk ghandek dwal tal-Milied antiki ghandek serjament tikkonsidra li tixtri l-godda li jkunu konformi ma’ l-ahhar standards ta’ sigurta’, ghandek izzomm ukoll id-dwal mitfija sakemm is-Sigra tal-Milied tkun imzejna u m’ghandek qatt thalli lit-tfal jilghabu mad-dwal. Ghandek ukoll tiftakar sabiex titfi d-dwal qabel tohrog mid-dar jew tmur torqod.

Ghandek tiftakar li Christmas novelties mhumiex gugarelli anke jekk dawn jixbhuhom u allura ma jikkonformawx  mar-regoli ta’ sigurta’ tal-gugarelli. Ghandek taghti kaz sewwa fejn tesponihom, perezempju ahjar taghmilom fuq is-sigra tal-Milied sabiex ma jkunux jistghu jintlahqu minn tfal zghar.

Aghti lilek innifsek bizzejed hin sabiex tipprepara u ssajjar l-ikla tal-Milied sabiex tevita incidenti bl-ilma jaghli u bl-iskieken li jigu meta tkun qed tghaggel specjalment meta ma tkunx hemm min jghinek bl-ikla barra mill-kcina. Hu hsieb li tnaddaf malajr jekk xi haga titwaqqa ghaliex jekk ikun hemm xi likwidu jew grass ma’ l-art dan malajr jista jikkawza xi zelqa. Ghandek ukoll tuza mqass meta tiftah xi pakkett sabiex ma tuzax sikkina u ghandu jkollok tornaviti lesti biex tibni l-gugarelli.

Evita li thalli wajers u cables jigru ma l-art meta tikkonettja gadgets u appliances godda u dejjem aqra l-istruzzjonijiet. Waqghat huma fost l-aktar incidenti komuni u allura m’ghandekx thalli affarijiet jigru ma’ kullimkien. Ghamel cert li t-tarag ikun imdawwal sew . Qatt tixrob u ssuq allavolja f’dawn iz-zminijiet jigu offruti hafna xorb alkoholiku. Waqt il-festi ikun hemm hafna festini u ikliet fejn jingabru hafna nies u ghalekk jekk wiehed ikollu rjiehat jew influwenzi ghandu jevita l-folol biex ma jxerridx mard filwaqt li f’postijiet fejn ikun hemm in-nies migburin ghandu jkun hemm ventilazzjoni tajba.


< Prev News Item | Next News Item >
 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com