Login  |  
     
     
 

 

It-tabib Etienne Grech twieled fil-11 ta’ Settembru 1969 u ghandu 41 sena. Huwa ghex il-Gzira u z-Zejtun u fil-present jghix il-Fgura. Huwa mizzewweg  lill-Marcelle nee’ Patiniott u  ghandhom tlett itfal, Elstan, Hewyn u Jaydon.   Ilu ghal dawn l-ahhar erbatax il-sena jahdem bhala tabib tal-familja fis-settur privat fil-Fgura u fiz-Zejtun u Wied il-Ghajn. Dr. Etienne ihobb il-qari, sports tal-bahar, il-muzika, isegwi x-xena politika,isegwi il-midja,u mixjiet fil-kampanja mal-familja u l-internet.

Dr Etienne serva ukoll bhala kunsillier u Vici Sindku fil-Kunsill Lokali tal-Fgura ghal numru ta' snin. Huwa jikteb ukoll regolarment fil-gazzetti fuq suggetti politici li jaffettwaw il-hajja ta’ kuljum.

Dr Etienne kien ukoll il-producer ta’ diversi programmer televizzivi fosthom Psikodos fuq Smash Television fejn kienet issir diskussjoni dwar is-sahha mentali.

Deher ukoll bhala mistieden residenti fil-programm fuq Smash TV bl-isem ta’ Topik fejn thaddet dwar diversi suggetti. Jidher ukoll fuq programmi ta’ ONE TV b’mod regolari u jikteb b’mod regolari fil-gazzetti dwar suggetti politici li jaffettwawa il-hajja ta’ kuljum. Huwa kien ikkontesta l-Elezzjoni Generali ta’ l-2008 fejn kiseb 1,156 vot ta’ l-ewwel preferenza izda ma’ telax. 

 
       

 
 
 
 
 
   
Copyright © 2007 EtienneGrech.com